Ir-rappreżentanza f'Malta

Xogħol mal-UE

Postijiet permanenti u non-permanenti

Bħala ċittadin ta’ pajjiż tal-UE, tista’ taħdem mal-istituzzjonijiet tal-UE, li jimpjegaw aktar minn 40,000 ruħ – prinċipalment fl-Ewropa, imma anki f’uffiċji madwar id-dinja. 

Biex tapplika, trid tieħu sehem f’ 'kompetizzjoni miftuħa'. Dawn jieħu ħsiebhom l-Uffiċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal f’isem dawn l-istituzzjonijiet:

Xi istituzzjonijiet għandhom il-proċeduri tagħhom għar-reklutaġġ:

 

 
Xogħlijiet temporanji

Hemm ukoll pożizzjonijiet temporanji mal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE.
Tista’ wkoll tikseb informazzjoni dwar postijiet battala mingħand l-aġenziji/korpi nfushom tal-UE.


Apprendistati

Bosta mill-istituzzjonijiet joffru wkoll apprendistati għall-gradwati.
Kuntratti għal żmien qasir
Il-Kummissjoni Ewropea tista’ wkoll timpjega staff segretarjali b’kuntratti għal żmien qasir permezz ta’ aġenziji ta’ impjieg temporanju.


Il-lista ta’ opportunitajiet fuq din il-paġna mhijiex waħda eżawrjenti  – għall-istampa kollha dwar il-karrieri fl-UE, idħol fis-sit tal-EPSO.