Il-protezzjoni tad-data

Regoli aħjar għal negozji żgħar

Li jkun hemm regoli aktar b’saħħithom dwar il-protezzjoni tad-data mill-25 ta’ Mejju 2018 ifisser li ċ-ċittadini se jkollhom aktar kontroll fuq id-data tagħhom u benefiċċji għan-negozju permezz ta’ kundizzjonijiet ekwi. Sett wieħed ta’ regoli għall-kumpaniji kollha li joperaw fl-UE, indipendentement minn fejn huma bbażati.
Sir af xi jfisser dan għall-SME tiegħek.

X’inhi d-data personali?

  • Isem
  • Indirizz
  • Lokalizzazzjoni
  • Identifikatur onlajn
  • Informazzjoni dwar is-saħħa
  • Dħul
  • Profil kulturali
  • u aktar
Iġbor
Aħżen
Uża
Data?
Jeħtieġ li tosserva r-regoli.

Tipproċessa d-data għal kumpaniji oħra?
Dan huwa għalik ukoll.

Għalfejn għandhom jinbidlu r-regoli?

Hija kwistjoni ta’ fiduċja...

In-nuqqas ta’ fiduċja fir-regoli l-qodma tal-protezzjoni tad-data żamm lura l-ekonomija diġitali u possibbilment in-negozju tiegħek.

15%biss

tan-nies iħossu li għandhom kontroll sħiħ fuq l-informazzjoni li jipprovdu onlajn.

U biex ngħinu n-negozju sabiex jirnexxi...

Sett wieħed ta’ regoli għall-kumpaniji kollha li jipproċessaw id-data fl-UE

In-negozju sar eħfef u aktar ġust

Is-sistema l-ġdida żżomm l-ispejjeż baxxi u tgħin lin-negozju jikber

130 miljun

l-ispiża biex jiġu infurmati 28 Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data differenti għan-negozju fl-UE taħt is-sistema l-antika.

2.3 biljun

stmati f’benefiċċji ekonomiċi jekk ikollna liġi waħda.

Ir-regoli l-ġodda għandhom jagħtu spinta lill-kunfidenza tal-konsumatur u konsegwentement lin-negozju.

X'għandha tagħmel il-kumpanija tiegħek

Tipproteġi d-drittijiet tal-persuni li qed jipprovdulek id-data tagħhom

Komunikazzjoni

Uża lingwa sempliċi.
Għidilhom min inti meta titlob id-data.
Għid għaliex qed tipproċessa d-data tagħhom, kemm se ddum maħżuna u min se jirċeviha.

Kunsens

Ikseb il-kunsens ċar tagħhom biex tipproċessa d-data.
Qed tiġbor id-data mingħand it-tfal għall-midja soċjali? Iċċekkja l-limitu tal-età għall-kunsens tal-ġenituri.

Aċċess u portabilità

Ħalli lin-nies jaċċessaw id-data tagħhom u jagħtuha lil kumpanija oħra.

Twissijiet

Informa lin-nies dwar ksur ta’ data jekk ikun ta’ riskju serju għalihom.

Ħassar id-data

Agħti lin-nies id-“dritt li jintesew”. Ħassar id-data personali tagħhom jekk jitolbuk, iżda biss jekk dan ma jikkompromettix il-libertà tal-espressjoni jew l-abbiltà għar-riċerka.

Tfassil ta’ profili

Jekk qed tuża t-tfassil ta’ profili biex tipproċessa applikazzjonijiet għal ftehimiet li huma legalment vinkolanti bħal self, għandek:

  • Tinforma lill-klijenti tiegħek;
  • Tiżgura li hemm persuna, mhux magna, li qed tiċċekkja l-proċess
    jekk l-applikazzjoni tintemm f’rifjut;
  • Toffri lill-applikant id-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni.
Kummerċjalizzazzjoni

Agħti n-nies id-dritt li ma jipparteċipawx f’kummerċjalizzazzjoni diretta li tagħmel użu mid-data tagħhom.

Is-salvgwardja ta’ data sensittiva.

Uża salvagwardji addizzjonali għall-informazzjoni dwar is-saħħa, ir-razza, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin politiku.

Trasferiment tad-data barra l-UE

Agħmel arranġamenti legali meta tittrasferixxi d-data tiegħek lejn pajjiżi li ma ġewx approvati mill-awtoritajiet tal-UE.

Iddisinja l-protezzjoni tad-data tiegħek

Oħloq salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fil-prodotti u s-servizzi tiegħek mill-aktar stadji bikrija tal-iżvilupp.

Qed tipproċessa d-data għal kumpanija oħra?

Kun ċert li jkollok kuntratt validu li jelenka r-responsabbiltajiet ta' kull parti.

Iċċekkja jekk għandekx bżonn uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

Dan mhuwiex dejjem obbligatorju. Jiddependi fuq it-tip u l-ammont ta’ data li tiġbor, jekk l-ipproċessar huwiex in-negozju prinċipali tiegħek u jekk twettqux fuq skala kbira.

  • Inti tipproċessa d-data personali biex timmira r-reklamar tiegħek permezz ta’ magni tat-tiftix ibbażati fuq l-imġiba tan-nies onlajn. Iva
  • Inti tibgħat reklam lill-klijenti tiegħek darba fis-sena biex tippromwovi n-negozju tal-ikel lokali tiegħek. Le
  • Inti tabib u tiġbor id-data dwar is-saħħa tal-pazjenti tiegħek. Le
  • Inti tipproċessa data personali dwar il-ġenetika u s-saħħa għal sptar. Iva

Żomm rekords

L-SMEs għandhom iżommu rekords biss jekk l-ipproċessar tad-data jkun

  • Regolari
  • Theddida għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni
  • Jindirizza data sensittiva jew rekords kriminali

Ir-rekords għandu jkun fihom:

  • L-isem u d-dettalji tal-kuntatt tan-negozju
  • Raġunijiet għall-ipproċessar tad-data
  • Deskrizzjoni tal-kategoriji tas-suġġett tad-data u d-data personali
  • Kategoriji tal-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data
  • It-trasferiment tad-data lejn pajjiż jew organizzazzjoni oħra
  • Limitu taż-żmien għat-tneħħija tad-data, jekk ikun possibbli
  • Deskrizzjoni tal-miżuri tas-sigurtà użati waqt l-ipproċessar, jekk possibbli

Antiċipa permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt

Il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jkunu meħtieġa għall-ipproċessar ta’ RISKJU GĦOLI.

  • Teknoloġiji ġodda

  • Ipproċessar awtomatiku u sistematiku u valutazzjoni ta’ informazzjoni personali

  • Monitoraġġ fuq skala kbira ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku (eż. CCTV)

  • Ipproċessar fuq skala kbira ta’ data sensittiva bħad-data bijometrika

L-ispiża tan-nuqqas ta’ konformità

L-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data tiegħek tissorvelja l-konformità; ix-xogħol tagħhom huwa kkoordinat fil-livell tal-UE.

L-ispiża jekk ma tosservax ir-regoli tista’ tkun għolja.

Twissija

Ċanfira

Sospensjoni tal-ipproċessar tad-data

Multa

Sa
€ 20
miljun

jew

4%
tal-fatturat annwali globali

Għandek bżonn l-għajnuna?

Dwar ir-regolament u l-protezzjoni tad-data

Ikkuntattja lill-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (DPA) Nazzjonali tiegħek

Dan id-dokument ma għandux jitqies bħala li jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u ma jissostitwixxix il-leġiżlazzjoni.