L-aktar reċenti

X'qed tagħmel il-Kummissjoni

Il-politika tas-Saħħa tal-UE tiffoka fuq il-prevenzjoni, l-opportunitajiet indaqs għal saħħa tajba u għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, u tittratta theddid serju tas-saħħa mal-UE kollha. Popolazzjoni f’saħħitha hi tajba wkoll għall-ekonomija, u għalhekk l-ambizzjoni tal-Kummissjoni hi li jiġu żgurati l-aċċessibbiltà, l-effettività u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-UE.

L-UE hi attiva f’bosta oqsma differenti, bħall-ġbir flimkien tal-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, ċervikali u kolorettali, billi tippromwovi dieta u eżerċizzju tajbin għas-saħħa, u billi tikkumbatti t-tipjip permezz tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti u l-pubbliċità tat-tabakk.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jivvaluta t-theddidiet emerġenti sabiex l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa jkunu jistgħu jirrispondu b’mod rapidu.

Biex jipproteġu liċ-ċittadini u jiżguraw li jieħdu l-aħjar trattament, il-mediċini kollha fl-UE għandhom jiġu approvati fil-livell nazzjonali u tal-UE, permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, qabel ma jiġu kkummerċjalizzati.

Objettivi
  • tipproteġi ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minn theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali
  • tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa effiċjenti, aċċessibbli u reżiljenti
  • tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE
  • tippromwovi s-saħħa, tevita l-mard u trawwem ambjenti li jappoġġjaw stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa