X'qed tagħmel il-Kummissjoni

It-3 istituzzjonijiet huma prinċipalment responsabbli għat-tfassil tal-politika tal-UE. Il-Kummissjoni tiżviluppa l-politika u tipproponi l-leġiżlazzjoni tal-UE; imbagħad tinnegozja l-proposti tagħha mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill tal-UE. Dawn l-istituzzjonijiet imbagħad jadottaw il-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni tiżgura li l-liġijiet jiġu applikati kif suppost u tiftaħ proċeduri ta’ ksur tal-liġi kontra Stati Membri tal-UE jekk tara li dan mhux isir.

It-tibdil demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE hu wieħed mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2014-2019. Dan jinkludi x-xogħol fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex titneħħa l-burokrazija żejda kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali.