L-aktar reċenti
X'qed tagħmel il-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea attwalment qed taħdem fuq unjoni tas-swieq kapitali: proġett ewlieni biex jiġi lliberat l-iffinanzjar għan-negozji tal-Ewropa u jiġi xprunat it-tkabbir fil-pajjiżi tal-UE billi jinħoloq suq uniku veru għall-kapital.
Il-Kummissjoni qed timmonitorja wkoll l-effettività tar-riformi introdotti fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u qed taħdem biex is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur jaħdmu aħjar għall-konsumaturi u l-investituri ż-żgħar.
Objettivi
L-unjoni tas-swieq kapitali għandha l-għan li:
- tiżviluppa sistema finanzjarja aktar diversifikata li tikkomplementa l-iffinanzjar tal-banek ma' swieq kapitali aktar profondi u żviluppati
- tillibera l-kapital fl-Ewropa kollha li bħalissa hu ffriżat u tħaddmu għall-ekonomija, biex b'hekk min ifaddal jingħata aktar għażliet ta' investiment u n-negozji jingħataw għażla akbar ta' finanzjament bi spejjeż aktar baxxi.
- tistabbilixxi suq tal-kapital tal-UE fejn l-investituri jistgħu jinvestu fondi mingħajr tfixkil minn fruntiera għall-oħra u n-negozji jistgħu jiġbru l-fondi meħtieġa minn firxa varjata ta' sorsi, irrispettivament minn fejn jinsabu
Ir-regoli l-ġodda għall-banek u l-unjoni bankarja għandhom l-għan li:
- jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu regolati u superviżati aħjar fiż-Żona tal-euro u fl-UE kollha
- jiżguraw li l-banek huma kapitalizzati aħjar u li r-riskji huma kkontrollati aħjar
- jipproteġu lid-depożitanti u lill-investituri fil-livell tal-konsum
- jistabbilixxu mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni għall-banek f'diffikultà li jtemmu l-era ta' rikapitalizzazzjonijiet massivi mħallsa mill-kontribwenti