Kif titfassal l-istrateġija tal-UE

L-istrateġija ġenerali tal-UE hi żviluppata b'mod konġunt:

  • mill-Kunsill Ewropew – il-mexxejja nazzjonali ta' 28 pajjiż tal-UE
  • mill-President tal-Kunsill Ewropew
  • mill-President tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tipproponi politiki u liġijiet biex timplimenta dik l-istrateġija.

L-ippjanar strateġiku u ċ-ċiklu ta' pprogrammar Kif titfassal il-politika tal-UE

Pjanijiet ta' 12-il xahar

Fl-aħħar ta' kull xahar kalendarju, jiġi stabbilit il-pjan ta' azzjoni għat-12-il xahar li jmiss fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni. Dan jiddeskrivi kif il-prijoritajiet politiċi se jinbidlu f'azzjonijiet konkreti.

Programm ta' ħidma 2016 Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2015 - mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker

Regolamentazzjoni aħjar: għaliex u kif

Permezz tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni qed tfassal u tevalwa l-politiki u l-liġijiet tal-UE sabiex dawn jilħqu l-għanijiet tagħhom aħjar bl-aktar mod effiċjenti u effettiv possibbli.

Kif l-UE qed tagħmel liġijiet aħjar

Solidarjetà tal-UE

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jagħti lil dawk li għandhom 18-30 sena l-opportunità li jagħmlu xogħol volontarju jew imħallas biex jgħinu l-komunità u s-soċjetà fil-kobor kollu tagħhom, filwaqt li jiksbu ħliet u esperjenza imprezzabbli.

Aktar dwar is-solidarjetà tal-UE
Strateġija skont il-qasam ta' politika

Strateġija għall-2019

Kull 5 snin, fil-bidu ta' term ġdid tal-Kummissjoni, il-President tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-oqsma ta' prijorità li għandhom ikunu enfasizzati matul it-term. Dawn l-oqsma huma derivati mill-aġenda strateġika tal-Kunsill u mid-diskussjonijiet mal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.

Il-prijoritajiet li jiggwidaw ix-xogħol tal-UE sal-2019:
Aġenda strateġika għall-Unjoni fi żminijiet ta' bidla [109 KB]
(Kunsill Ewropew, 2014)

Il-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni għall-2019: 
Bidu ġdid għall-Ewropa: impjiegi, tkabbir, sens ta' ġustizzja u bidla demokratika [1.8 MB]
(Kummissjoni Ewropea, 2014)

10 prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2015-19

Pjan ta’ investiment

Il-Kummissjoni pproponiet pjan ta’ investiment, li se jillibera tal-inqas €315 biljun f’investimenti pubbliċi u privati fl-2015-2017. Hu jiffoka wkoll fuq it-tnaqqis fir-regolazzjoni u l-użu iktar intelliġenti tar-riżorsi finanzjarji eżistenti.

Aktar dwar il-pjan ta’ investiment

Is-Semestru Ewropew

L-UE waqqfet is-Semestru Ewropew fl-2010 biex tippermetti l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-istati membri tal-UE biex jaffaċċjaw aħjar l-isfidi ekonomiċi globali.

Aktar dwar is-Semestru Ewropew