Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fil-15 ta’ Settembru 2021, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet l-inizjattivi ewlenin li l-Kummissjoni qed tippjana li twettaq fis-sena li ġejja. Fost l-oħrajn, dawn se jinkludu:

  • It-tkomplija tal-isforzi tat-tilqim fl-Ewropa u t-tħaffif tat-tilqim globalment, kif ukoll it-tisħiħ tal-istat ta’ tħejjija għall-pandemija
  • Ħidma biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament għall-klima, flimkien mas-sħab globali tagħna
  • It-tmexxija tat-trasformazzjoni diġitali li se toħloq l-impjiegi u tixpruna l-kompetittività, filwaqt li jiġu żgurati l-eċċellenza teknika u s-sigurtà tal-provvista
  • L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ġusti u kura tas-saħħa aħjar, u l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej biex jibbenefikaw mill-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew
  • It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħna fis-sigurtà u d-difiża, u l-approfondiment tas-sħubija tal-UE mal-eqreb alleati tagħha
  • Id-difiża tal-valuri u l-libertajiet Ewropej, u l-protezzjoni tal-istat tad-dritt
IddawnlowdjaPDF - 349.2 KB
IddawnlowdjaPDF - 318.7 KB

Inizjattivi proposti

Fil-15 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Prim Ministru Janez Janša, bħala l-Presidenza tal-Kunsill, li fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu fis-sena li jmiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 349.2 KB
IddawnlowdjaPDF - 318.7 KB
IddawnlowdjaPDF - 909.2 KB
IddawnlowdjaPDF - 4.5 MB
IddawnlowdjaPDF - 2.1 MB
IddawnlowdjaPDF - 23 MB