Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fis-16 ta’ Settembru 2020, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ippreżentat il-viżjoni tagħha għal Ewropa li toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija u twitti t-triq lejn vitalità ġdida. B’NextGenerationEU, l-Ewropa għandha opportunità ta’ darba biex twettaq bidla ppjanata. Għandha l-viżjoni, il-pjan, l-investiment. Sabiex l-Ewropa tkun tista’ ssir ekoloġika, diġitali u aktar reżiljenti, il-Kummissjoni Ewropea se tiffoka fuq:

  • Il-protezzjoni tal-ħajja u tal-għajxien fl-Ewropa, is-saħħa taċ-ċittadini tagħna u l-istabbiltà tal-ekonomija tagħna;
  • It-tisħiħ tal-elementi kostitwenti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ż-żieda tal-ambizzjonijiet tagħna;
  • It-tmexxija tat-trasformazzjoni diġitali, b’mod partikolari fir-rigward tad-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura;
  • Nieħdu kemm nistgħu mis-Suq Uniku tagħna;
  • It-tkomplija tar-reazzjoni globali hekk kif id-dinja qed tistenna vaċċin aċċessibbli, affordabbli u sikur kontra l-COVID-19;
  • Reazzjoni aktar assertiva għall-avvenimenti globali u approfondiment tar-relazzjonijiet tagħna mal-eqreb ġirien u s-sħab globali tal-UE;
  • Teħid ta’ approċċ ġdid għall-migrazzjoni, nibqgħu viġilanti dwar l-istat tad-dritt u l-bini ta’ unjoni li ma tippermettix ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni.
IddawnlowdjaPDF - 920.6 KB
IddawnlowdjaPDF - 352.6 KB

Inizjattivi proposti fl-Ittra ta’ Intenzjoni lill-President Sassoli u lill-Kanċillier Merkel

Fis-16 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Kanċillier Angela Merkel, bħala l-Presidenza tal-Kunsill, li fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu fis-sena li jmiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.

IddawnlowdjaPDF - 662.9 KB

Il-Kummissjoni Von der Leyen: sena wara

Sena ilu, il-Kummissjoni von der Leyen wiegħdet dan lill-Ewropa: wegħedna li nkunu determinati u kuraġġużi kull fejn naraw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew. Dan huwa sommarju tal-ewwel sena fil-kariga tat-tim von der Leyen – u ta’ kif wettaq l-impenji tiegħu.

IddawnlowdjaPDF - 3.9 MB

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 920.6 KB
IddawnlowdjaPDF - 662.9 KB
IddawnlowdjaPDF - 6 MB
IddawnlowdjaPDF - 611.9 KB
IddawnlowdjaPDF - 3.9 MB