Id-disparità bejn il-ġeneri twessgħet bil-coronavirus, li hu għalhekk l-UE qiegħda tisma’ u taġixxi fuq din l-inugwaljanza biex insostnu r-riċerka xjentifika u l-proposti politiċi tal-futur.

Hawn tliet stejjer mill-Unjoni kollha.

Germany

Il-Ġermanja

Michèle Tertilt

Michèle Tertilt © dfg ausserhofer, 2019

Din hi Michèle Tertilt. Din hi professur tal-ekonomija tal-Università ta’ Mannheim fil-Ġermanja u l-investigatur prinċipali ta’ proġett ta’ sitt snin, iffinanzjat mill-UE, imsejjaħ GENDERMACRO. Il-proġett jinvestiga kif ix-xejriet ekonomiċi jaffettwaw l-irġiel u n-nisa b’mod differenti.

Hekk kif bdiet il-pandemija, ir-riċerkaturi tal-proġett applikaw is-sejbiet tagħhom għas-sitwazzjoni l-ġdida. Il-ħidma tagħhom żvelat differenzi kbar bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma tal-impjiegi, it-telexogħol, iċ-childcare u l-edukazzjoni fid-dar.

Pereżempju, it-telfien tal-impjiegi minħabba l-miżuri tad-distanza soċjali affettwa b’mod sproporzjonat setturi li għandhom aktar nisa milli rġiel. Kien hemm ukoll impatt sinifikanti dwar in-nisa li jaħdmu u s-single mothers, peress li l-għeluq tal-iskejjel u ċ-ċentri tal-kura ta’ matul il-jum kompla jżid b’mod sostanzjali l-bżonnijiet ta’ indukrar tat-tfal. Barra minn hekk, in-nisa kienu soprarappreżentati fuq il-front fil-ġlieda kontra l-virus. Fl-UE, dawn jirrapreżentaw 76% tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, madwar 90% tal-ħaddiema fl-indukrar tat-tfal u l-kura tal-anzjani, u 95% tal-cleaners u l-helpers domestiċi.

“Għandna bżonn noħorġu mill-kaxxa s-sewda l-ġeneru u l-familja u nintegrawhom fir-riċerka sabiex inkunu nistgħu jkollna xjenza u politika informati aħjar”.
The Netherlands

In-Netherlands

Professor Sabine Oertelt-Prigione © Radboudumc, 2017

Professor Sabine Oertelt-Prigione © Radboudumc, 2017

Il-Professur Sabine Oertelt-Prigione hija esperta fil-mediċina sensittiva għall-ġeneru fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Radboud fin-Netherlands u membru ta’ grupp tal-UE ta’ esperti dwar kwistjonijiet ta’ ġeneru. Hi mexxiet l-istudju riċenti tal-grupp “L-impatt tas-sess u l-ġeneru fil-pandemija tal-COVID-19 attwali”.

Għaldaqstant nafu li s-sess ta’ persuna għandu impatt fuq ir-rispons immunoloġiku tal-ġisem u r-rispons għat-terapiji. Il-ġeneru, fuq in-naħa l-oħra, hu importanti fir-rigward tar-riskju tal-espożizzjoni tal-virus, u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi fit-tul fl-oqsma tal-impjiegi, l-abbuż domestiku u l-inugwaljanza.

Ir-rapport jenfasizza li anke jekk aktar irġiel minn nisa jmutu mill-infezzjoni akuta, il-fatturi soċjali jikkontribwixxu biex in-nisa jkunu aktar fir-riskju li jaqbdu l-coronavirus peress li huma aktar probabbli li jaħdmu fil-professjonijiet li jiddependu mill-kuntatt qrib.

Anke t-tfassil tal-ilbies protettiv ma jqisx biżżejjed id-differenzi fl-għamla tal-ġisem bejn l-irġiel u n-nisa.

“Il-pandemija tal-COVID-19, fit-traġedja kollha tagħha, qed turi b’mod ċar l-impatt tas-sess u l-ġeneru fuq is-saħħa fil-livelli kollha.”
Belgium

Il-Belġju

Gwendoline Lefebvre

Gwendoline Lefebvre © Lobby Ewropew tan-Nisa, 2020

Din hi Gwendoline Lefebvre. Hi l-president tal-Lobby Ewropew tan-Nisa (EWL), organizzazzjoni ffinanzjata mill-UE li tirrapreżenta 2,000 grupp ta’ nisa. Hi l-akbar organizzazzjoni Ewropew tax-xorta tagħha.

Il-lobby jiżgura li l-perspettivi tan-nisa jiġu rappreżentati fl-ogħla livell Ewropew u internazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Gwendoline u t-tim tagħha għandhom rwol konsultattiv fil-Kunsill tal-Ewropa u fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

EWL

EWL Group © Lobby Ewropew tan-Nisa, 2020

“Minkejja l-kontribut enormi li sar min-nisa matul il-kriżi, il-vjolenza domestika żdiedet fil-lockdown, in-nisa f’sitwazzjonijiet tax-xogħol prekarju ffaċċjaw riskju tal-faqar saħansitra aktar b’saħħtu, u n-nisa ġew imbutatti lura fi rwoli tradizzjonali ta’ primary carer u ta’ housekeeper.”

Kif l-UE tista’ tgħin?

“Il-kriżi ġabet fid-dieher il-fatt li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ma nkisbitx fis-soċjetajiet tagħna,” qalet Gwendoline.

Għalhekk, x’qiegħda tagħmel l-UE biex tnaqqas id-diskrepanza? Il-Orizzont Ewropa (2021-2027) se jintegra l-ġeneru fir-riċerka u l-innovazzjoni kullimkien, se jkompli jisma’ l-esperjenzi tan-nisa.

Fil-pjan ta’ rkupru tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi strateġija inklużiva li tindirizza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, pereżempju, billi l-paga issir trasparenti. Fl-azzjoni li nieħdu biex negħlbu l-kriżi u lil hinn, ħadd, ikun xi jkun il-ġeneru, mhu se jitħalla barra.