Il-migrazzjoni hi kwistjoni kumplessa, b’ħafna aspetti li jeħtieġ li jitqiesu flimkien. Is-sikurezza tal-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali jew ħajja aħjar, it-tħassib tal-pajjiżi fil-fruntieri esterni tal-UE, li jinkwetaw li l-pressjonijiet migratorji se jaqbżu l-kapaċitajiet tagħhom u li jeħtieġu solidarjetà minn pajjiżi oħrajn. Jew it-tħassib ta’ Stati Membri oħra tal-UE, li jinsabu mħassba li, jekk il-proċeduri fil-fruntieri esterni ma jiġux rispettati, is-sistemi nazzjonali tagħhom stess għall-ażil, l-integrazzjoni jew ir-ritorn ma jkunux jistgħu jlaħħqu fil-każ ta’ flussi kbar.

Abbażi ta’ valutazzjoni olistika, il-Kummissjoni qed tipproponi bidu ġdid dwar il-migrazzjoni: il-bini
tal-fiduċja permezz ta’ proċeduri aktar effettivi u l-kisba ta’ bilanċ ġdid bejn ir-responsabbiltà
u s-solidarjetà.

 

Il-bini tal-fiduċja: bilanċ ġdid bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà

 

 

Responsabbiltajiet ċari permezz ta’ proċeduri aħjar u mmodernizzati

Proċeduri aktar effiċjenti se jiżguraw responsabbiltajiet aktar ċari, li jgħinu fir-restawr tal-fiduċja bejn l-Istati Membri filwaqt li jagħtu ċarezza lill-applikanti. Ir-regoli se jtejbu r-rabta bejn il-proċessi ewlenin, jiġifieri l-ażil u r-ritorn.

  • fingerprint icon

    Skrinjar ġdid obbligatorju qabel id-dħul:

    • identifikazzjoni
    • verifiki tas-saħħa
    • verifiki tas-sigurtà
    • teħid tal-marki tas-swaba’ u reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-Eurodac.
  • document icon

    Sistema integrata u moderna ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri bil-bażi tad-data mtejba tal-Eurodac:

    • Enfasi fuq l-applikanti aktar milli fuq l-applikazzjoni biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà għat-talbiet għall-ażil
    • Skoraġġiment ta’ movimenti mhux awtorizzati lejn Stati Membri oħra
    • Faċilitar tar-rilokazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-persuni li jirritornaw
    • Traċċar tal-appoġġ għat-tluq volontarju u l-integrazzjoni mill-ġdid
  • border icon

    Proċedura tal-ażil ġdida u aktar rapida fuq il-fruntiera u meta japplika, segwita minn proċedura rapida ta’ ritorn, biex jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet u biex il-proċeduri tal-ażil isiru aktar effiċjenti

  • Legal confirmation icon

    Garanziji legali:

    • Mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, appoġġjat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Frontex u l-Aġenzija l-ġdida tal-UE għall-Ażil.
    • Valutazzjoni individwali tat-talbiet għall-ażil u garanziji essenzjali li jipproteġu l-aċċess effettiv għall-ażil, id-dritt għal-libertà, id-drittijiet tat-tfal kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv.

Mekkaniżmu ġdid għal solidarjetà kostanti

Għażliet flessibbli għall-kontribuzzjoni tal-Istati Membri:

  • Rilokazzjoni ta’ persuni li waslu reċentement
  • Ritorni sponsorizzati, fejn Stat Membru jieħu f’idejh ir-responsabbiltà li jibgħat lura persuna b'ebda dritt li tibqa’ f’isem Stat Membru ieħor
  • Appoġġ operazzjonali immedjat, appoġġ fit-tul biex tinbena l-kapaċità fuq il-proċeduri tal-ażil, l-akkoljenza ta' wasliet ġodda jew l-operazzjoni ta' ritorn, jew assistenza fir-rispons għal xejriet migratorji speċifiċi li jaffettwaw lill-Istati Membri permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE

Solidarjetà mfassla apposta għal xenarji speċifiċi:

life jacket icon

Żbark wara operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fuq il-baħar u persuni vulnerabbli

  • Rilokazzjoni ta’ dawk li x’aktarx jeħtieġu protezzjoni

  • Identifikazzjoni bikrija tal-ħtiġijiet permezz ta’ rapport annwali ta' prospettiva

  • Ġabra ta’ solidarjetà ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali, abbażi ta’ wegħdiet volontarji

  • Mekkaniżmu ta' korrezzjoni li jiggarantixxi appoġġ effettiv

3 persons and handshake icon

Riskju ta’ pressjoni fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni ta’ Stat Membru

  • Rilokazzjoni estiża għal refuġjati rikonoxxuti
  • Kontribuzzjonijiet ibbażati fuq is-sehem ġust tal-Istati Membri
  • Mekkaniżmu ta' korrezzjoni li jiggarantixxi appoġġ effettiv
3 persons icon

Sitwazzjonijiet ta' kriżi

  • Rilokazzjoni estiża għal persuni fil-proċedura fuq il-fruntiera, dawk f’sitwazzjoni irregolari u dawk li jeħtieġu protezzjoni immedjata
  • Reazzjoni aktar rapida fil-livell tal-UE permezz ta’ deċiżjoni rapida dwar il-kontribuzzjoni
  • Mekkaniżmu ta’ solidarjetà li jiffoka biss fuq ir-rilokazzjoni u l-isponsorizzar tar-ritorn

 

Approċċ inklużiv

  • Ħidma preparatorja intensiva minn Diċembru 2019
  • Żewġ ċikli sħaħ ta’ konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kollha, il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u n-negozju
  • Bilanċ għaqli li jintegra l-perspettivi kollha
  • Il-passi li jmiss: kunsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 939.6 KB
IddawnlowdjaPDF - 342.8 KB
IddawnlowdjaPDF - 330.7 KB
IddawnlowdjaPDF - 8.5 MB