President von der Leyen
“Hemm bżonn li n-nies ikunu fil-qalba proprja tal-politiki kollha tagħna. Għaldaqstant, ix-xewqa tiegħi hi li l-Ewropej kollha jikkontribwixxu b'mod attiv għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jkollhom rwol ewlieni biex nistabbilixxu l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea. Huwa biss flimkien li nistgħu nibnu l-Unjoni tagħna ta’ għada.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Hi parti mill-wegħda tal-President von der Leyen li tagħti lill-Ewropej vuċi akbar dwar x’tagħmel l-UE u kif taħdem għalihom. L-Ewropej kollha - huma min huma u jinsabu fejn jinsabu - jistgħu jieħdu sehem.

Il-Konferenza għandha l-għan li tirrifletti d-diversità tagħna, u li twassal lill-Ewropa lil hinn mill-bliet kapitali tagħha, biex b'hekk tilħaq kull rokna tal-UE u ssaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropej u l-istituzzjonijiet li jaqduhom. Il-Konferenza tagħmel dan permezz ta’ għadd kbir ta’ avvenimenti u dibattiti organizzati fl-UE kollha, kif ukoll permezz ta’ pjattaforma diġitali multilingwi. Iż-żgħażagħ b’mod partikolari huma mħeġġa jieħdu sehem u jixxerjaw l-ideat tagħhom. L-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu wkoll jorganizzaw avvenimenti biex jinvolvu kemm jista’ jkun nies.

M+T fuq il-pjattaforma diġitali għall-konferenza

Tweets mill-Kummissjoni Ewropea

 

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 251 KB
IddawnlowdjaPDF - 616.6 KB

Skeda informattiva