Identità Diġitali għall-Ewropej kollha
L-Identità Diġitali Ewropea se tkun disponibbli għaċ-ċittadini, ir-residenti u n-negozji tal-UE li jixtiequ jidentifikaw lilhom infushom jew jipprovdu konferma ta’ ċerta informazzjoni personali. Tista’ tintuża kemm għal servizzi pubbliċi u privati online kif ukoll offline fl-UE kollha.
Kull ċittadin tal-UE u resident fl-Unjoni se jkun jista’ juża kartiera diġitali personali.
![]() |
“Kull darba li xi App jew inkella sit web jitolbuna noħolqu identità diġitali ġdida, jew biex nagħmlu log on malajr permezz ta’ xi pjattaforma kbira, ma jkollna ebda idea ta’ dak li jiġri mid-data tagħna fil-konkret. Dan hu għaliex il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi identità elettronika sigura Ewropea. Waħda li nkunu nistgħu nafdawha u li kull ċittadin ikun jista’ jużaha ikun fejn ikun fl-Ewropa, biex jagħmel kull ma jrid: minn ħlas ta’ taxxa sal-kiri ta’ rota. Teknoloġija fejn nistgħu nikkontrollaw aħna stess liema data tintuża u kif.” |
Benefiċċji tal-Identità Diġitali Ewropea
![]() |
Id-dritt ta’ kull persuna eliġibbli għal karta tal-identità nazzjonali li jkollha identità diġitali li hi rikonoxxuta fi kwalunkwe post fl-UE |
![]() |
Mod sempliċi u sikur biex tikkontrolla kemm trid tixxerja informazzjoni ma’ servizzi li jeħtieġu xxerjar ta’ informazzjoni |
![]() |
Operata permezz ta’ kartieri diġitali disponibbli fuq apps tal-mobile u apparat ieħor għal:
|

Pjattaforma ta’ konsultazzjoni online dwar il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali
Il-Kummissjoni nediet pjattaforma online biex tiġbor feedback minn kull min hu interessat li jsawwar il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali futuri. Il-pjattaforma online se tibqa’ miftuħa għall-kummenti matul in-negozjati leġiżlattivi u sakemm is-sett ta’ għodod komuni jiġi żviluppat mill-Istati Membri, biex il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jsiru għodda prattika għal kulħadd.
Għaliex hi meħtieġa?
![]() |
Illum madwar 60% biss tal-popolazzjoni tal-UE f’14-il Stat Membru jistgħu jużaw l-eID nazzjonali tagħhom b’mod transfruntier.
14% biss tal-fornituri ta’ servizzi pubbliċi ewlenin fl-Istati Membri kollha jippermettu l-awtentikazzjoni transfruntiera b’sistema ta’ identità elettronika, pereżempju biex jagħtu prova tal-identità ta’ persuna fuq l-internet mingħajr il-ħtieġa ta’ password. In-numru ta’ awtentikazzjonijiet transfruntiera ta’ suċċess kull sena hu żgħir ħafna, għalkemm qed jiżdied. |
72% tal-utenti jridu jkunu jafu kif tiġi pproċessata d-data tagħhom meta jużaw il-kontijiet tal-media soċjali. 63% taċ-ċittadini tal-UE jridu ID diġitali unika sikura għas-servizzi online kollha (stħarriġ tal-Ewrobarometru)
Prinċipji ewlenin
-
Disponibbli għal kwalunkwe ċittadin, resident jew negozju tal-UE li jixtieq jużaha
-
Użabbli ħafna bħala mezz ta’ identifikazzjoni jew biex jiġu kkonfermati ċerti attribuzzjonijiet personali għall-fini ta’ aċċess għal servizzi diġitali pubbliċi u privati fl-UE kollha
-
L-għoti ta’ kontroll sħiħ lill-utenti biex jagħżlu liema aspetti tal-identità, id-data u ċ-ċertifikati tagħhom jixxerjaw ma’ partijiet terzi, u biex jinżamm rekord ta’ tali xxerjar
Użu prattiku
L-Identità Diġitali Ewropea tista’ tintuża għal kwalunkwe numru ta’ każijiet, pereżempju:
- servizzi pubbliċi bħat-talba għal ċertifikati tat-twelid, ċertifikati mediċi, rappurtar ta’ bidla fl-indirizz
- ftuħ ta' kont bankarju
- sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa
- applikazzjoni għal università, f’pajjiżek jew fi Stat Membru ieħor
- ħżin ta’ riċetta medika li tista’ tintuża kullimkien fl-Ewropa
- prova tal-età tiegħek
- kiri ta’ karozza bl-użu ta’ liċenzja tas-sewqan diġitali
- check-in f’lukanda
Użu tal-Identità Diġitali Ewropea: applikazzjoni għal self bankarju
L-applikazzjoni għal self bankarju hi proċess li tipikament jinkludi diversi passi, mit-twaqqif ta’ appuntamenti u laqgħat fiżiċi, sal-ġbir u l-iffirmar tad-dokumenti stampati kollha - u r-ripetizzjoni tal-operazzjoni jekk id-dokumenti jkunu neqsin.
Bl-użu tal-Identità Diġitali Ewropea, l-utent irid jagħżel biss id-dokumenti meħtieġa li huma maħżuna lokalment fuq il-kartiera diġitali tiegħu biex iwieġeb għat-talba tal-bank. Imbagħad, dokumenti diġitali verifikabbli jinħolqu u jintbagħtu b’mod sikur għall-verifika lill-bank, li mbagħad ikun jista’ jkompli bil-proċess tal-applikazzjoni.
Nagħmlu l-affarijiet aktar faċli għaċ-ċittadini u n-negozji
Is-servizzi ta’ identifikazzjoni u ta’ fiduċja li ġejjin diġà jistgħu jintużaw b’effett legali fl-UE kollha bis-saħħa tal-qafas ta’ fiduċja maħluq mir-Regolament eIDAS. Dawn huma għodod ewlenin li jippermettu l-fiduċja u s-sigurtà fis-Suq Uniku Diġitali. Xi servizzi, bħall-firem elettroniċi se jiġu integrati fil-kartiera biex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom.
Ċittadini | Negozji | |
---|---|---|
Firma elettronika Espressjoni f’format elettroniku tal-qbil ta’ persuna mal-kontenut ta’ dokument. Il-funzjoni se tiġi integrata fil-kartiera. |
Tgħin fl-iffirmar ta’ dokumenti legali u email mingħajr ma tiġi pprintjata ebda karta |
Tnaqqas l-ispejjeż u l-ħin permezz ta’ proċessi ssimplifikati u tgħin biex jiġu innovati l-proċeduri tan-negozju |
eTimestamp Jagħti prova elettronika li sett ta’ data eżista f’ħin speċifiku |
Jipprova li xtrajt il-biljetti tal-kunċert tiegħi |
Itejjeb it-traċċar tad-dokumenti u tinkiseb aktar responsabbiltà |
Identifikazzjoni elettronika Mod kif in-negozji u l-konsumaturi jagħtu prova tal-identità tagħhom b’mod elettroniku |
Jippermetti l-ftuħ ta’ kont tal-bank f’pajjiż ieħor bl-ID nazzjonali ta’ dak li jkun |
Jespandi l-bażi tal-klijenti, jiffranka l-ispejjeż u l-ħin, u jibni l-fiduċja fit-tranżazzjonijiet transfruntiera |
Ċertifikat ta’ Awtentikazzjoni Web Kwalifikat Żgurar li s-siti web huma affidabbli u ta’ min joqgħod fuqhom |
Jgħarraf li s-siti web u l-apps użati huma fdati u sikuri |
Iżid il-fiduċja tal-konsumatur u jgħin biex jiġu evitati l-phishing, jipproteġi r-reputazzjoni tan-negozju |
Siġill elettroniku Garanzija kemm tal-oriġini kif ukoll tal-integrità ta’ dokument |
Jiggarantixxi li l-biljetti tal-futbol huma reali u mhumiex iffalsifikati |
Inaqqas l-ispejjeż u l-ħin permezz ta’ proċessi simplifikati u jippromwovi l-fiduċja fl-oriġini tad-dokument |
Servizz Elettroniku ta’ Konsenja Reġistrat Jipproteġi kontra r-riskju ta’ telf, serq, ħsara jew alterazzjonijiet meta tintbagħat id-dokumentazzjoni |
Jiggarantixxi li r-rigal tal-birthday jasal b’mod sikur |
Inaqqas il-ħin u l-ispejjeż fl-iskambju tad-dokumenti, iżid l-effiċjenza u l-fiduċja u jtejjeb it-traċċar tad-dokumenti |