Azzjonijiet

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’20 prinċipju

Il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali hu dwar it-twettiq aħjar tad-drittijiet għaċ-ċittadini billi jibni fuq 20 prinċipju ewlieni.

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pjan ta’ Azzjoni jistabbilixxi inizjattivi konkreti biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jinbidel f’realtà. Hu jipproponi miri ewlenin għall-UE sal-2030.

Sfond

L-Ewropa hi fost l-aktar soċjetajiet ugwali fid-dinja, bl-ogħla standards fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, u bi protezzjoni soċjali wiesgħa. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħabbru l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-2017 fis-Summit ta’ Gothenburg. Il-Pilastru jistabbilixxi 20 prinċipju ewlieni li jirrappreżentaw is-sinjal li jiggwidana lejn Ewropa soċjali b’saħħitha li tkun ġusta, inklużiva u mimlija opportunità fis-seklu 21.

Jeħtieġ li jsir aktar sabiex l-20 prinċipju tal-Pilastru jgħinuna nibnu swieq tax-xogħol aktar ġusti u li jiffunzjonaw aħjar kif ukoll sistemi ta’ protezzjoni soċjali tajbin għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha. Bil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni stabbilixxiet inizjattivi konkreti biex tikseb dan. It-twettiq tal-Pilastru hu sforz konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili.

Is-Summit Soċjali f’Porto fis-7-8 ta’ Mejju 2021 organizzat mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill se jipprovdi l-opportunità li jiġu kkonfermati mill-ġdid l-impenn u l-ambizzjoni li n-nies jitpoġġew l-ewwel fl-irkupru tal-Ewropa u lil hinn. Is-Summit Soċjali ta’ Porto se jkun ukoll okkażjoni biex ningħaqdu biex fl-ogħla livell politiku nġeddu l-impenn li nimplimentaw il-Pilastru Soċjali.

L-aħħar tweets

L-aktar reċenti

Dokumenti