Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet

Il-politiki u l-liġijiet tal-UE huma ddisinjati bir-reqqa biex iwasslu benefiċċji liċ-ċittadini, lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE. Skont il-livell ta’ importanza politika tagħha, inizjattiva hi jew deċiża mill-Kummissjoni matul il-laqgħat ta’ kull ġimgħa tal-Kummissarji, bl-użu tal-proċedura orali, jew inkella bil-proċedura bil-miktub.

It-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-laqgħat ta’ kull ġimgħa

Il-Kummissjoni tiltaqa' kull ġimgħa biex tiddiskuti kwestjonijiet politikament sensittivi u tadotta proposti li jkollhom bżonn ftehim permezz tal-proċedura orali.