Pjanijiet tal-Kummissjoni

Qabel ma l-Kummissjoni tipproponi politika jew liġi ġdida, hi:

Iċ-ċittadini jistgħu jissuġġerixxu politiki jew liġijiet ġodda tal-UE permezz tal-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Kif huma stabbiliti l-prijoritajiet Programm ta' ħidma Ikseb aġġornamenti dwar pjanijiet direzzjonali u konsultazzjonijiet pubbliċi ġodda Agħtina l-opinjoni tiegħek u pparteċipa f'konsultazzjoni pubblika Fittex gruppi ta' esperti 

Il-Kummissjoni tiddeċiedi

Meta l-abbozz tat-test jiġi finalizzat, wara li jitqies l-input kollu riċevut dwar l-inizjattiva, jiġi sottomess għall-konsultazzjoni bejn is-servizzi. Id-dipartimenti kollha rilevanti jiġu kkonsultati. 

Skont il-livell ta’ importanza politika tagħha, inizjattiva għal politika jew liġi ġdida hi jew miftiehma mill-Kummissjoni matul il-laqgħat ta’ kull ġimgħa tal-Kummissjoni, bl-użu tal-proċedura orali, jew inkella bil-proċedura bil-miktub.

Il-proċedura orali tinvolvi dibattitu u ftehim dwar l-inizjattiva mill-Kummissarji. 

B’mod alternattiv, il-Kummissarji jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom lill-inizjattiva ġdida bil-miktub, bl-użu tal-proċedura bil-miktub. Din tista’ biss issir wara l-ftehim tad-dipartiment legali u ta’ kwalunkwe dipartiment ikkonsultat matul l-istadju tal-ippjanar u tal-proposti.

L-inizjattiva finalizzata

Skont in-natura tal-att finalizzat tal-Kummissjoni, it-test tal-inizjattiva jista’ jintbagħat kemm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lil dawk li għalihom hi intenzjonata, bħall-pajjiżi membri tal-UE. Tista’ wkoll tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

Skopri aktar dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni

Meta hi meħtieġa azzjoni leġiżlattiva

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li meħtieġa azzjoni leġiżlattiva, l-inizjattiva se tgħaddi minn numru ta’ fażijiet qabel ma ssir uffiċjalment liġi tal-UE. Il-biċċa l-kbira tal-liġijiet tal-UE huma adottati b’dik li hi magħrufa bħala l-proċedura leġiżlattiva, li tinvolvi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill bħala koleġizlaturi.

Skopri aktar dwar il-passi li tgħaddi minnhom inizjattiva matul il-proċess tat-tfassil tal-liġi tal-UE, jew agħti feedback dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni timmonitorja u tinforza

Il-Kummissjoni timmonitorja jekk il-pajjiżi membri humiex japplikaw il-liġi tal-UE kif suppost (inkluża t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali) u tista' tibda proċedura ta' ksur jekk ma jagħmlux dan. Il-kumpaniji għandhom jirrispettaw il-liġijiet tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u jekk jiksruhom – pereżempju billi jiffurmaw kartelli – il-Kummissjoni tista' tinvestiga u timponi multi.

Ressaq ilment

Jekk taħseb li pajjiż jew kumpanija tal-UE mhix qed tapplika l-liġi tal-UE b'mod korrett, tista’ tissottometti lment:

Il-Kummissjoni tevalwa u ttejjeb

Il-Kummissjoni tevalwa kontinwament biex ittejjeb il-politiki u l-liġijiet, biex jiksbu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti u effettiv possibbli.

REFIT - Jagħmel il-liġi tal-UE aktar sempliċi u irħas

Ippjanar ta' evalwazzjonijiet

L-evalwazzjonijiet li ġejjin huma komunikati lill-pubbliku permezz ta' pjanijiet direzzjonali ta' evalwazzjonijiet.

Evalwazzjonijiet ippjanati mill-2017 'il quddiem