Gwida hija disponibbli

Ladarba jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja, il-proġett tiegħek jeħtieġ li jiġi ġestit bir-reqqa sa ma jitlesta. Gwida hija disponibbli f’kull stadju tal-proċess, fil-forma ta’ mudelli ta’ rappurtar u skadenzi li jinżammu matul il-proġett.

Fatturi li għandhom jitqiesu

  • rapportar — għandek tissottometti r-rapporti tekniċi u finanzjarji b’mod regolari lill-Kummissjoni
  • riżultati — għandu mnejn li jkollok tippreżenta riżultati (informazzjoni, rapport speċjali, fuljett dwar id-disinn tekniku, lista, stadju importanti tas-softwer, eċċ.) identifikati fil-ftehim ta’ għotja

Kontrolli, awditi u reviżjonijiet

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proġett (matul jew wara) sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħha mal-ftehim ta’ għotja. Il-proċess ta’ kontrolli, awditi u reviżjonijiet jista’ jinvolvi:

  • kontrolli li l-azzjoni ġiet implimentata b’mod korrett skont il-ftehim ta’ għoti, inkluża l-valutazzjoni tar-riżultati u r-rapporti jekk huma konsistenti mad-deskrizzjoni u l-pjan ta’ ħidma
  • awditi finanzjarji dwar il-kontijiet tal-benefiċjarju, biex jivverifikaw l-ispejjeż eliġibbli mġarrba

Emendi

Il-ftehim ta’ għotja tiegħek jista’ jeħtieġ li jiġi emendat jekk ikun hemm xi tibdil fil-patti u l-kundizizzjonijiet tiegħu.

Żamma ta’ rekords

Huwa importanti li jinżammu rekords u dokumentazzjoni oħra ta’ appoġġ sabiex jagħtu prova li l-proġett tiegħek ġie implimentat b’mod korrett. Dan jinkludi ż-żamma ta’ rekords dwar l-ispejjeż eliġibbli u kontijiet korrispondenti.