Dwar l-Europa Analytics

L-Europa Analytics hu s-servizz korporattiv li jissorvelja u jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq Europa

L-Europa Analytics hu bbażat fuq il-pjattaforma analitika b’sors miftuħ “Matomo” u hu installat fuq il-webserver PHP/MySQL.

Kemm l-infrastruttura kif ukoll is-software huma taħt il-kontroll sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-protezzjoni tal-privatezza tal-Europa Analytics' ġew ivvalidati mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Europa Analytics jinżamm mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jingħata bħala servizz lis-sidien tas-siti web fil-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni online tagħna tkun immirata, rilevanti u kosteffiċjenti.

Is-servizz huwa preżenti fuq siti u paġni web li huma proprjetà tal-Kummissjoni taħt id-dominju europa.eu. u d-dominji sekondarji tiegħu, iżda jiġi implimentat prinċipalment fuq id-dominju sekondarju tal-Kummissjoni ec.europa.eu.

Il-Kummissjoni Ewropea timmaniġġja s-sit web interistituzzjonali < https://europa.eu/european-union/> (paġni fil-livell ta’ fuq nett tad-dominju europa.eu) f’isem l-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Is-servizz tal-Europa Analytics huwa preżenti wkoll fil-paġni ta’ fuq tas-sit web europa.eu iżda jeħtieġ kunsens separat. Il-politika dwar il-privatezza għas-sit web interistituzzjonali hu disponibbli hawnhekk <https://europa.eu/european-union/abouteuropa/privacy-policy_mt>.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea attwalment jużaw is-sistemi ta’ analiżi tagħhom stess. Żur il-paġni tal-avviż legali tagħhom għal aktar informazzjoni.

L-avviż legali tal-Kummissjoni Ewropea

 

Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u miżuri

Cookies tal-ewwel parti

L-Europa Analytics huwa kkonfigurat li juża d-dominju europa.eu (użat mis-siti web tal-istituzzjonijiet Ewropej) u li jaħżen cookies tal-ewwel parti li jiskadu u li se jitneħħew awtomatikament mill-apparat tal-utent wara 13-il xahar.

Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tal-viżitatur. Hemm żewġ tipi ta’ cookies – cookies tas-sessjoni u cookies persistenti.

Aqra aktar dwar il-cookies tagħna hawnhekk < https://ec.europa.eu/info/cookies_mt>

Il-cookies użati mill-Europa Analytics jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea tiġbor l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi li tintuża għat-tħejjija ta’ rapporti statistiċi anonimi u aggregati tal-attività tal-viżitaturi

  • indirizz tal-protokoll tal-internet (IP) (anonimizzat)
  • post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (ġeolokazzjoni)
  • data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • titlu tal-paġna li qed tara (titlu tal-paġna)
  • URL tal-paġna li qed tara (URL tal-paġna)
  • URL tal-paġna li rajt qabel il-paġna attwali (URL riferjali)
  • riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
  • ħin lokali fiż-żona ta’ ħin tal-viżitaturi
  • fajls li ġew ikklikkjati u ddawnlowdjati (download)
  • links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (outlink)
  • ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni: il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mill-webserver u mbagħad biex jiġu ddawnlowdjati mill-viżitatur (page speed):
  • lingwa prinċipali tal-brawżer li qed tintuża (accept language header)
  • verżjoni tal-brawżer, plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java.), verżjoni tas-sistema operattiva, identifikatur tat-tagħmir (user agent header)
  • lingwa tal-paġna li żort
  • kampanji
  • tfittxija tas-sit
  • avvenimenti

Biex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapporti, ċerta informazzjoni tinħażen ukoll fil-cookies tal-ewwel parti u wara tinġabar mill-Europa Analytics:

  • ID każwali unika tal-viżitatur
  • ħin tal-ewwel żjara mill-viżitatur speċifiku
  • ħin taż-żjara ta' qabel mill-viżitatur speċifiku
  • numru ta' żjarat mill-viżitatur speċifiku

Il-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà sħiħa u l-kontroll kollu tad-data miġbura permezz tal-cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data fuq servers ikkontrollati totalment mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-data miġbura ma fiha l-ebda informazzjoni personali u l-ID tal-viżitatur uniku b’mod każwali li tiġi ġġenerata mis-software ma tistax tintuża biex jiġi identifikat viżitatur partikolari. Id-data ma tingħata lil ebda organizzazzjoni oħra għal skopijiet ta' promozzjoni, riċerka tas-suq jew kummerċjali.

 

Il-preferenza "Do not track"

 

"Do not track" hi teknoloġija li tippermetti lill-viżitaturi li jeskludu lilhom infushom milli jiġu ttraċċajti minn siti web tkun xi tkun ir-raġuni inklużi l-użu ta' servizzi analitiċi, in-networks ta' reklamar u l-pjattaformi soċjali.

Biex tattiva l-opzjoni “Do not track” fil-brawżer tiegħek segwi l-link rispettiva hawn taħt:

Jekk il-brawżer preferut tiegħek mhuwiex fil-lista msemmija hawn fuq tal-brawżers, żur is-sit web tal-bejjiegħ għal aktar informazzjoni.

 

Kunsens biex tinġabar l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika anonimizzata

Meta tiftaħ paġna tal-Kummissjoni Ewropea fejn jiġi attivat l-Europa Analytics, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tkun irreġistrata mis-servizz. Fl-istess ħin jista’ tidher banner apposta, li jagħtik il-possibbiltà li taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.

 

Jekk tirrifjuta l-cookies, se twaqqaf ukoll is-servizz tal-Europa Analytics. Iżda jekk tagħżel li tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-siti web tagħna bħala parti mill-istatistika anonima, se tippermettilna ntejbu b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-komunikazzjoni tagħna, is-sensibilizzazzjoni tagħha u l-kosteffiċjenza tagħha.

 

Jekk attivajt l-għażla “Do not track” fil-brawżer tiegħek, se nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tal-Kummissjoni mhix se tiġi pproċessata mis-servizz.

 

L-għażla li ma tipparteċipax fl-istatistika anonimizzata tal-Europa Analytics ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fuq is-siti tagħna.

Tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tagħti l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Biex tara l-istatus attwali tiegħek u timmaniġġja l-kunsens tiegħek, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa korrispondenti hawn taħt:

 

 

Aċċess ristrett għall-informazzjoni

Id-data analitka kollha dwar il-komunikazzjoni hi kkriptata permezz tal-protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi anonimizzati ġġenerati mill-Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tas-Sistema ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS) mill-istaff tal-istituzzjonijiet Ewropej jew minn sottokuntratturi esterni awtorizzati, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew jżommu b'mod regolari ċerti siti.

 

 

 

Immaskjar tal-indirizzi IP tal-viżitaturi

L-Europa Analytics juża mekkaniżmu biex titneħħa l-identifikazzjoni tal-IP li awtomatikament jgħatti porzjon mill-IP ta' kull viżitatur, u b’hekk jagħmilha effettivament impossibbli li jiġi identifikat xi viżitatur partikolari fuq Europa.

Innota li għal għanijiet ta’ statistika, il-belt u l-pajjiż ta’ oriġini jiġu ddeterminati mill-indirizz sħiħ tal-IP, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma tiġi applikata l-maskra ta’ anonimizzazzjoni.

 

Logs tal-viżitaturi

L-Europa Analytics awtomatikament tħassar id-data anonimizzata u mhux aggregata wara 13-il xahar.

Id-data anonimizzata u aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ analiżi.

 

Kuntatt

Kwalunkwe kwistjoni speċifika rigward il-ħżin u l-użu tad-data tal-Europa Analytics tista’ tintbagħat permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq europa.eu