Ġustizzja u drittijiet fundamentali
Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jgħixu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE u jistgħu jaqsmu l-fruntieri mingħajr problemi. Il-Kummissjoni trid tibni żona tal-ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u se tippermetti lin-negozji li jagħmlu użu sħiħ mis-suq uniku tal-UE.