Azzjonijiet

Instrument for pre-accession assistance (IPA)
Finanzjament

Instrument for pre-accession assistance (IPA)

Financial and technical help for EU reforms in candidate and potential candidate countries.
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea – artikoli dwar is-sħubija fl-UE
Liġi

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea – artikoli dwar is-sħubija fl-UE

Jipprovdi l-bażi legali għal kwalunkwe pajjiż Ewropew biex jissieħeb fl-UE (Artikolu 49) u l-valuri li fuqhom hi bbażata l-UE (Artikolu 2).

Objectives

  • jippromwovi l-paċi u l-istabilità fir-reġjuni qrib il-fruntieri tal-UE
  • jgħin fit-titjib tal-kwalità ta’ ħajjet in-nies permezz tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri
  • iżid il-prosperità u l-opportunitajiet għan-negozji u ċ-ċittadini Ewropej 
  • jiggwida, jappoġġa, jimmonitorja l-bidliet f’pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea b’konformità mal-valuri, il-liġijiet u l-istandards tal-UE

Context

Matul il-proċess tat-tkabbir, il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu mal-UE biex jilħqu l-kriterji neċessarji għas-sħubija, u tappoġġjahom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati.

Ir-riżultati tar-riformi għandhom ikunu sodi, sostenibbli u irriversibbli.

Min jista' jissieħeb?

Kull pajjiż Ewropew jista' japplika għas-sħubija jekk hu jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u hu impenjat li jippromwovihom.

Pajjiż jista' biss jissieħeb jekk jissodisfa l-kriterji tas-sħubija kollha.

Kif taħdem?

Hemm 3 stadji prinċipali suġġett għall-approvazzjoni mill-pajjiżi kollha tal-UE:

Meta n-negozjati u r-riformi li jakkompanjawhom jitlestew u jkun hemm qbil dwarhom miż-żewġ naħat, il-pajjiż jista' jissieħeb mal-UE – jekk jaqblu l-pajjiżi kollha tal-UE.

Il-pajjiżi kandidati

Il-pajjiżi kandidati kurrenti huma:

  • l-Albanija
  • ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq
  • il-Montenegro
  • is-Serbja
  • it-Turkija

Il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo huma kandidati potenzjali.

Mhux se jkun hemm membri ġodda tal-UE matul il-perjodu tal-Kummissjoni attwali, peress li ebda sieħeb mhu se jkun kompletament lest sal-aħħar tal-2019.

Iċċekkja l-istatus attwali tal-pajjiżi kandidati fil-proċess tat-tkabbir.

Dokumenti