Kontenut tal-paġna

Politiki

  • Provvisti siguri tal-enerġija

    L-UE saret anqas dipendenti fuq l-enerġija importata - billi tagħmel użu aktar effiċjenti tal-enerġija domestika filwaqt li tiddiversifika s-sorsi u l-provvisti.

  • Effiċjenza tal-enerġija

    Ir-regoli tal-EU dwar il-bini, l-industrija, il-prodotti għall-konsumatur u t-trasport qed jgħinu lill-UE tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza tal-enerġija fil-mixja tagħha lejn soċjetà b'livell baxx tal-karbonju.

  • L-enerġija nukleari

    L-azzjoni tal-UE tgħin biex tiżgura li r-reatturi nukleari jkunu sikuri u siguri, li l-iskart radjoattiv jiġi mmaniġġjat b’mod tajjeb u li l-materjali nukleari jintużaw biss għal skopijiet leġittimi.

  • It-teknoloġiji u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija

    L-UE tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju, bħal teknoloġiji fotovoltajċi, tal-enerġija mir-riħ, tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS), kif ukoll tal-ħażna tal-enerġija.

  • Suq uniku tal-enerġija

    L-UE trid anqas ostakli tekniċi u regolatorji sabiex l-enerġija tkun tista’ timxi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-provvedituri tal-enerġija jkunu jistgħu jikkompetu fl-UE kollha.

  • L-enerġija rinnovabbli

    L-UE tikkoordina x-xogħol biex jintlaħqu miri nazzjonali skont id-direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tippromwovi wkoll l-użu ta' enerġija alternattiva fit-trasport.

  • Iż-żejt, il-gass u l-faħam

    Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jżommu s-swieq tal-fjuwils fossili ġusti u li jipproteġu l-ambjent, inkluż meta jintużaw teknoloġiji ġodda bħal pereżempju l-estrazzjoni tal-gass tax-shale.

  • L-infrastruttura tal-enerġija

    L-istrateġija tan-Netwerks Trans-Ewropej (TEN-E) tiffoka fuq l-estensjoni u t-titjib tal-infrastruttura tal-Ewropa u l-ħolqien ta' netwerks li jaqsmu l-fruntieri nazzjonali.