Kontenut tal-paġna

Politiki

  • Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett ta' serra

    L-UE stabbilixxiet miri għaliha nnifisha għat-tnaqqis tal-emissjoni ta' gass b'effett ta' serra tagħha progressivament sal-2050.

  • Skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet

    L-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS) tgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mill-power stations, l-impjanti industrijali u t-titjiriet ġewwa l-UE.

  • Azzjoni internazzjonali dwar il-klima

    L-UE tappoġġja l-isforzi tan-NU għal ftehim ġdid dwar il-klima u tagħti finanzjament sostanzjali lil pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jaffaċċjaw l-effetti tat-tibdil fil-klima.

  • L-adattament għat-tibdil fil-klima

    L-UE tippromwovi l-azzjoni biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi u lir-reġjuni sabiex jittrattaw mal-impatti attwali u futuri ta' klima li qed tinbidel.

  • Emissjonijiet tat-trasport

    Il-politiki u l-liġijiet tal-UE jgħinu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport, pereżempju bl-istabbiliment ta' limiti għall-emissjonijiet mill-karozzi u l-vannijiet.

  • L-emissjonijiet tal-foresti u tal-agrikoltura

    L-artijiet tal-foresti u tal-agrikoltura għandhom rwol importanti fit-tibdil tal-klima fil-livell tal-UE u dak globali.

  • Teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju

    L-UE tippromwovi l-iżvilupp ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u tiżgura li dawn jiġu implimentati b'mod sikur u li r-riskji jkunu mmaniġġjati b'mod xieraq.

  • Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE se tnaqqas l-emissjonijiet mill-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'żewġ terzi sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2014.

  • Is-saff tal-ożonu

    Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, is-sustanzi li jagħmlu l-ħsara lill-ożonu ġew gradwalment imneħħija u minflokhom issa hemm alternattivi li ma jagħmlux ħsara lill-klima.

  • Effiċjenza tal-enerġija

    Ir-regoli tal-EU dwar il-bini, l-industrija, il-prodotti għall-konsumatur u t-trasport qed jgħinu lill-UE tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza tal-enerġija fil-mixja tagħha lejn soċjetà b'livell baxx tal-karbonju.

  • L-enerġija rinnovabbli

    L-UE tikkoordina x-xogħol biex jintlaħqu miri nazzjonali skont id-direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tippromwovi wkoll l-użu ta' enerġija alternattiva fit-trasport.