L-UE tgħin lill-Istati Membri jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera serja u t-terroriżmu b’mod aktar effettiv billi tiffaċilita azzjoni komuni u kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali.
L-inizjattivi tas-sigurtà relatati mad-dwana tal-UE jinkludu l-kunċett ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) u l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà mal-pajjiżi mhux tal-UE.
L-UE tgħin lill-pajjiżi membri tagħha fis-salvataġġ fuq il-baħar u biex iżommu s-sigurtà mal-fruntieri esterni tal-Ewropa. L-aġenzija Frontex tikkoordina s-sorveljanza u l-analiżi tar-riskji.
Aġenziji bħall-Europol jassistu lill-forzi tal-pulizija fil-pajjiżi membri tal-UE b’azzjonijiet konġunti, skambju ta’ informazzjoni mtejjeb u kooperazzjoni operazzjonali.
Il-koordinazzjoni tal-forzi nazzjonali kontra t-terroriżmu, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u t-twettiq tar-riċerka tas-sigurtà u tal-ġestjoni ta’ kriżijiet kollha huma għanijiet tal-UE.
L-UE tgħin lill-pajjiżi membri tagħha jiġġieldu kontra reati bħat-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż online tat-tfal, iċ-ċiberkriminalità u t-traffikar tal-armi tan-nar u tad-drogi.