Ċifri dwar it-tilqim

  • Vaccines 385 miljun doża mwassla fl-UE
  • Vaccines 325.1 miljun doża amministrata fl-UE
  • Vaccines 57%tal-popolazzjoni adulta tal-UE rċevew mill-anqas doża waħda

L-aħħar aġġornament: 21 ta’ Ġunju 2021. Sors: Produtturi tal-vaċċini u data tal-ECDC

Punti ewlenin

Informazzjoni dwar it-tilqim fl-UE

 

 

L-iżgurar tad-dożi tal-vaċċini futuri

Il-Kummissjoni Ewropea ilha tinnegozja b’mod intensiv biex tibni portafoll diversifikat ta’ vaċċini bi prezzijiet ġusti għaċ-ċittadini tal-UE. Ġew konklużi kuntratti ma’ 6 żviluppaturi tal-vaċċini promettenti, li jiżguraw portafoll sa 4.4 biljun doża.

Il-konsenji tad-dożi tal-vaċċini lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żdiedu b’mod kostanti minn Diċembru ’l hawn. Jiżdied ir-ritmu tat-tilqim fl-Unjoni Ewropea kollha.

S’issa, il-Kummissjoni tat 4 awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni kondizzjonali għall-vaċċini żviluppati minn BioNTech u Pfizer, Moderna, AstraZeneca u Janssen Pharmaceutica NV wara l-valutazzjoni pożittiva tas-sikurezza u tal-effikaċja tagħhom mill-EMA. Diversi vaċċini oħra jinsabu fi stadji differenti ta’ valutazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).

Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-industrija biex iżżid il-kapaċità tal-manifattura tal-vaċċini fl-UE.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni bdiet taħdem biex tantiċipa u tindirizza varjanti ġodda tal-virus u biex tiżviluppa u tipproduċi malajr vaċċini fuq skala kbira li jkunu effettivi kontra dawk il-varjanti.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Inkubatur HERA. Dan se jiġbor flimkien ix-xjenza, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi, biex inħaffu x-xogħol u ningranaw ir-riżorsi kollha disponibbli biex l-Ewropa tkun kapaċi tirrispondi għal din it-theddida.

 

  • sa 4.4 biljun doża

Kumpanija

Tip ta’ vaċċin

Għadd ta’ dożi

(meħtieġa għal kull persuna)

Għadd ta’ dożi

(garantiti)

Status
BioNTech u Pfizer mRNA 2 dożi 2.4 biljun* Approvat
Moderna mRNA 2 dożi 460 miljun Approvat
CureVac mRNA 2 dożi 405 miljun Żvilupp għaddej
AstraZeneca adenovirus 2 dożi 400 miljun Approvat
Johnson & Johnson/Janssen Pharmaceuticals adenovirus 1 doża 400 miljun Approvat
Sanofi-GSK proteini 2 dożi 300 miljun Żvilupp għaddej

* opzjoni biex jinxtraw 900 miljun doża

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll taħditiet esploratorji ma’

  • Novavax bil-ħsieb li jinxtraw sa 200 miljun doża, u
  • Valneva bil-ħsieb li jinxtraw sa 60 miljun doża.

Rapporti dwar is-sikurezza

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tippubblika aġġornamenti dwar is-sikurezza għall-vaċċini kontra l-COVID-19 awtorizzati fl-UE. L-EMA tirrilaxxa aġġornament ta’ kull xahar għal kull vaċċin awtorizzat kontra l-COVID-19.

L-aġġornamenti tas-sikurezza jiġbru fil-qosor id-data li tkun saret disponibbli mill-awtorizzazzjoni tal-vaċċin. Huma jindikaw ukoll jekk xi informazzjoni dwar is-sikurezza teħtieġx aktar investigazzjoni.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit web tal-EMA.

Iċċekkja l-fatti

Id-diżinformazzjoni dwar il-coronavirus qed tirnexxi. Huwa importanti li tikseb informazzjoni aġġornata minn sorsi awtorevoli biss. Nissuġġerixxu li ssegwi l-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tiegħek, u s-siti web ta’ organizzazzjonijiet rilevanti tal-UE u dawk internazzjonali: iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Inti tista’ tagħmel il-parti tiegħek ukoll billi ma xxerridx mal-oħrajn informazzjoni mhux verifikata li tkun ġejja minn sorsi dubjużi.

Niġġieldu d-diżinformazzjoni

L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini

Bl-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini, l-UE qed tappoġġja l-isforzi u tħaffef l-iżvilupp u d-disponibbiltà ta’ vaċċini sikuri u effettivi f’medda ta’ bejn 12 u 18-il xahar, jekk mhux qabel. Biex jitwettaq dan il-kompitu kumpless jeħtieġ li jsiru provi kliniċi b’mod parallel mal-investiment fil-kapaċità tal-produzzjoni biex ikunu jistgħu jiġu prodotti miljuni, jew saħansitra biljuni, ta’ dożi ta’ vaċċin effettiv.

Videos

Interview about vaccination with Ms Marie-Francoise Fuchs

Intervista dwar it-tilqim mas-Sinjura Marie-Francoise Fuchs

How vaccines work

Kif jaħdmu l-vaċċini?

 

Aktar videos u stampi dwar it-tilqim kontra l-COVID-19

Dokumenti