COVID-19: Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur huma mmobilizzati u jsejħu lill-pjattaformi biex iwaqqfu l-prattiki qarrieqa u inġusti

 

Bl-imxija tal-virus fl-UE kollha, xi kummerċjanti diżonesti qed jirreklamaw u jbigħu prodotti, bħal maskri protettivi, brieret u sanitizzaturi tal-idejn lill-konsumaturi, li allegatament jipprevjenu jew jikkuraw infezzjoni. Hu fl-interess ġenerali li jiġi ggarantit ambjent online sikur fejn il-konsumaturi, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ dan il-mument diffiċli kkawżat mill-kriżi attwali, iħossuhom protetti sew kontra kwalunkwe prattika illegali li potenzjalment tqiegħed is-saħħa tagħhom f’riskju.

Fl-20 ta’ Marzu 2020, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (CPC) tal-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ħarġu Pożizzjoni Komuni tas-CPC dwar il-COVID19 dwar il-prattiki qarrieqa u inġusti l-aktar irrapportati f’dan il-kuntest. L-objettiv hu li titlob u tgħin lill-operaturi ta’ pjattaformi online jidentifikaw aħjar prattiki illegali ta’ dan it-tip, ineħħuhom u jipprevjenu oħrajn simili milli jerġgħu jitfaċċaw.

Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Kummissarju għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi Didier Reynders kiteb lil numru ta’ pjattaformi, media soċjali, magni tat-tiftix u postijiet tas-suq online biex jitlob il-kooperazzjoni tagħhom biex ineħħu l-prattiki qarrieqa mill-pjattaformi tagħhom, skont il-pożizzjoni komuni approvata min-network tas-CPC. Il-pjattaformi wieġbu għas-sejħa tiegħu għall-kooperazzjoni u l-Kummissarju Reynders jilqa' l-approċċ pożittiv tagħhom. Il-Kummissjoni u l-pjattaformi jkomplu bl-iskambji ta’ informazzjoni fuq bażi regolari. Tista’ ssib it-tweġibiet tagħhom hawn taħt

Fit-30 ta’ April 2020, in-network tas-CPC, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, nieda skrinjar wiesa’ (“indaġni”) ta’ prodotti relatati mal-coronavirus riklamati fuq siti web u pjattaformi online. Aktar dettalji dwar l-indaġni tinsab fid-dokument sommarju. Is-sejbiet ewlenin juru li l-kummerċjanti diżonesti qed ikomplu jqarrqu bil-konsumaturi b’varjetà ta’ prattiki illegali iżda li l-pjattaformi online qed jieħdu miżuri biex jindirizzaw dan. Il-Kummissjoni se tkompli żżomm lill-konsumaturi infurmati kull meta neċessarju b’pariri aġġornati lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti.

Mistoqsijiet u Tweġibiet

Dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar l-azzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur rigward il-COVID-19 kontra l-prattiki qarrieqa u inġusti fil-qosor.

IddawnlowdjaPDF - 380.7 KB

Pariri lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti*

Il-konsumaturi għandhom joqogħdu b'seba’ għajnejn meta jixtru online, u l-kummerċjanti għandhom ikunu kompletament konxji mir-regoli. Kif urew verifiki riċenti mwettqa mill-awtoritajiet tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC), il-kummerċjanti diżonesti jużaw diversi mezzi biex jattiraw lill-konsumaturi, jeżisti numru sinifikanti ta’ prodotti li b’mod qarrieq jiddikjaraw li jistgħu jfejqu jew jipprevjenu l-infezzjonijiet tal-COVID-19 jew li għandhom ċertifikati ta’ konformità foloz u f’xi każijiet, il-frodaturi jużaw offerti biex jisirqu l-indirizzi tal-email u l-passwords.

Meta l-konsumaturi jiltaqgħu ma’ affermazzjonijiet mhux appoġġjati jew qarrieqa fuq pjattaformi online, għandhom jużaw l-għodod ta’ rappurtar ipprovduti mill-operatur tal-pjattaforma jew jikkuntattjaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (ECC) ippubblika informazzjoni lill-konsumatur relatata mal-COVID-19 u joffri appoġġ lill-konsumaturi. Is-Safety Gate tista’ tgħin tidentifika prodotti perikolużi misjuba fl-UE.

Il-konsumaturi jistgħu jsibu informazzjoni ġenerali minn sorsi awtorevoli li ħafna pjattaformi u operaturi ta’ siti web jillinkjaw mas-siti web tagħhom sabiex jgħinu lill-konsumaturi jidentifikaw informazzjoni jew affermazzjonijiet foloz b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19.

Kif tidentifika prattiki qarrieqa potenzjali meta tixtri online?

Fl-UE, il-kummerċjanti għandhom jipprovdu l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom: il-konsumaturi għandhom jikkunsidraw li jixtru minn xi mkien ieħor jekk ma jsibux din l-informazzjoni b’mod faċli.

Oqgħod attent minn żbalji tal-ortografija bħal “C?V?D?19”, “cor/na?vir?s”: dawn jintużaw ta’ spiss biex jevitaw li jiġu identifikati minn algoritmi tal-operaturi tas-siti web. Aqra l-indirizzi web u t-titli tal-paġni bir-reqqa, u evita li tuża paġni bi żbalji sistematiċi tal-ortografija.

Ftakar li bħalissa ma hemm ebda prova xjentifika li kwalunkwe ikel jew suppliment tal-ikel jista’ jfejjaq jew jipprevjeni l-infezzjonijiet tal-COVID-19.

Il-prodotti għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’deskrizzjonijiet ta’ test preċiż u li jinftiehem: il-konsumaturi għandhom joqgħodu attenti meta jaraw ħafna elementi promozzjonali bħal:

  • slogans li ta’ spiss huma relatati mal-pandemija, eż. “#stay safe”, “stay at home”, “social distancing”;
  • immaġnijiet ta’ virus ħdejn l-immaġni tal-prodott;
  • approvazzjonijiet minn isem jew logo minn:
    • tobba, professjonisti tas-saħħa u esperti oħrajn;
    • artisti, atleti, bloggers jew ċelebritajiet;
    • awtoritajiet tal-gvern, esperti uffiċjali jew istituzzjonijiet internazzjonali;
    • artikli tal-aħbarijiet, reċensjonijiet akkademiċi u kontenut ieħor ippreżentat bħala li ġej minn sorsi awtorevoli;

Il-konsumaturi għandhom jidentifikaw it-tekniki ta’ bejgħ bi pressjoni u jevitaw li jaqgħu fin-nassa, bħal:

  • prodotti riklamati bħala “opportunità unika”
  • affermazzjonijiet li prodott hu “l-unika prodott li joffri protezzjoni effettiva”, “l-unika kitt tal-ittestjar għall-użu fid-dar” jew li qed jinbiegħ “bl-irħas prezz fis-suq”;
  • affermazzjonijiet ta’ skarsezza bħal “disponibbli llum biss” jew “qed jinbiegħ malajr”
  • skonti kbar ħafna.

Il-kundizzjonijiet tas-suq m’għandhomx jiġu ppreżentati b’mod falz:

  • il-konsumaturi għandhom ikunu konxji minn prezzijiet li huma bil-wisq ogħla jew aktar baxxi mill-prezz normali għal prodotti simili;
  • il-konsumaturi għandhom jiċċekkjaw aktar minn sit web wieħed għal fehim tal-prezzijiet medji;
  • u l-konsumaturi għandhom ikunu konxji li f’xi pajjiżi, il-gvernijiet attwalment irregolaw il-prezzijiet għal prodotti b’domanda għolja, bħall-maskri protettivi u/jew il-ġell idroalkoħoliku.

*Aġġornat fis-26 ta’ Mejju 2020 wara r-riżultati tal-iskrinjar (“indaġni”) ta’ pjattaformi u riklami online mniedi fit-30 ta’ April 2020.

Pożizzjoni Komuni

IddawnlowdjaPDF - 158.5 KB

Ittri mibgħuta lill-pjattaformi online

IddawnlowdjaPDF - 361.4 KB
IddawnlowdjaPDF - 336.4 KB

Tweġibiet mill-pjattaformi online, inklużi l-miżuri meħuda

IddawnlowdjaPDF - 446.8 KB
03 April 2020Justice and Consumers

Detailed replies provided by the platforms (March 2020)

Complete list.
29 April 2020Justice and Consumers

Detailed replies provided by the platforms (April 2020)

Complete list.

Skrinjar (“indaġni”) tal-pjattaformi online u tar-reklami

Press release26 May 2020

Coronavirus: following Commission's call, platforms remove millions of misleading ads

As part of its commitment to protect consumers online, the European Commission has coordinated a screening (‘sweep') of websites.

IddawnlowdjaPDF - 473.7 KB

Kuntest

Id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (UCPD) tipprojbixxi prattiki kummerċjali li jqarrqu lill-konsumaturi dwar il-benefiċċji jew ir-riżultati mistennija mill-użu ta’ prodott; jew meta kummerċjant jiddikjara li prodott jista’ jikkura marda jew li l-prodott huwa disponibbli biss għal żmien limitat ħafna meta dan ma jkunx minnu. Meta kummerċjant jiddikjara li l-prodott tiegħu jista’ jikkura marda, irid ikun lest li jipprovdi l-evidenza rilevanti dwar l-eżattezza ta’ tali dikjarazzjoni. Skont ir-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali skont il-UCPD u d-Direttiva 2000/31/KE, l-operaturi ta’ pjattaformi li huma attivi fl-UE għandhom jieħdu miżuri korrettivi xierqa kull meta jsiru jafu b’xi attività illegali li sseħħ fuq is-siti web tagħhom. In-network tas-CPC, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, jinvestiga l-ksur potenzjali ta’ dawn ir-regoli u jieħu l-miżuri ta’ infurzar koordinati neċessarji.

L-aktar reċenti