Kontenut tal-paġna

Tweġiba

Ir-Regolament (UE) 2016/6791, ir-Regolament Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data ('GDPR') jirregola l-ipproċessar minn individwu, kumpanija jew organizzazzjoni tad-data personali relatata ma' individwi fl-UE.

Ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali ta' persuni mejta jew ta' entitajiet ġuridiċi.

Ir-regoli ma japplikawx għad-data pproċessata minn individwu għal raġunijiet purament personali jew għal attivitajiet imwettqa fid-dar, sakemm ma jkun hemm l-ebda konnessjoni ma' attività professjonali jew kummerċjali. Imma meta l-individwu juża d-data personali barra mill-isfera personali, pereżempju għal attivitajiet soċjokulturali jew finanzjarji,  il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data trid tiġi rispettata.

Eżempji

Meta japplika r-regolament

Kumpanija bi stabbiliment fl-UE tipprovdi servizzi tal-ivvjaġġar lill-klijenti bbażati fil-pajjiżi Baltiċi u f'dak il-kuntest tipproċessa data personali ta' persuni fiżiċi.

Meta ma japplikax ir-regolament

Individwu juża l-ktieb tal-indirizzi privat tiegħu stess biex jistieden lill-ħbieb permezz tal-posta elettronika għal festin li qed jorganizza (l-eċċezzjoni tal-attivitajiet fid-dar).

Referenzi

  • Artikoli 1 u 2 u l-Premessi (1), (2), (14), (18) u (27) tal-GDPR

1 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il- moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).