Kontenut tal-paġna

Tweġiba

Id-DPAs huma awtoritajiet pubbliċi indipendenti li jissorveljaw, permezz ta' setgħat investigattivi u korrettivi, l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. Dawn jipprovdu parir minn esperti dwar kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-data u jittrattaw l-ilmenti mressqa kontra ksur tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u tal-liġijiet nazzjonali rilevanti. Hemm waħda f'kull Stat Membru tal-UE.

B'mod ġenerali, il-punt ta' kuntatt prinċipali għall-mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-data huwa d-DPA fl-Istat Membru tal-UE li fih hija bbażata il-kumpanija/l-organizzazzjoni tiegħek. Madankollu, jekk il-kumpanija/l-organizazzjoni tiegħek tipproċessa data fi Stati Membri differenti tal-UE jew hija parti minn grupp ta' kumpaniji stabbilit fi Stati Membri differenti tal-UE, dak il-punt ta' kuntatt prinċipali jista' jkun DPA fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Sib liema hi l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data Nazzjonali tiegħek online

Referenzi

  • Artikolu 4(16), Kapitolu VI (Artikoli 51 sa 59) u  l-Premessi (117) sa (123) tal-GDPR
  • Artikolu 29 Linji gwida tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Awtorità Superviżorja Ewlenija, WP 244
  • Artikolu 29 Linji gwida tal-Grupp ta' Ħidma għall-identifikazzjoni tal-kontrollur jew tal-awtorità superviżorja ewlenija tal-proċessur, u l-Anness II – Mistoqsijiet frekwenti