Kontenut tal-paġna

Tweġiba

L-UPD jgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tad-data personali. B'mod partikolari, l-UPD għandu:

  • jinforma u javża lill-kontrollur jew lill-proċessur, kif ukoll lill-impjegati tagħhom, dwar l-obbligi tagħhom skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data;
  • jimmonitorja l-konformità tal-organizzazzjoni mal-leġiżlazzjoni kollha li tirrigwarda l-protezzjoni tad-data, inkluż fl-awditjar, fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll fit-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta' proċessar;
  • jipprovdi pariri fejn tkun twettqet DPIA u jimmonitorja l-prestazzjoni tagħha;
  • jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għal talbiet minn individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;
  • jikkoopera mal-APDs u jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għall-APD dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar.

L-organizzazzjoni għandha tinvolvi lill-UPD mingħajr dewmien. L-UPD m'għandu jirċievi l-ebda struzzjoni mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu. L-UPD jirrapporta direttament lill-ogħla livell ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni.

Referenza