Kontenut tal-paġna

Tweġiba

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) japplika fl-UE kollha — sett wieħed ta' regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-Istati Membri kollha tal-UE. Dan jiffranka li l-kumpanija tiegħek ikollha taġġorna ruħha ma' bosta liġijiet differenti. F'ċerti żoni, l-Istati Membri tal-UE jistgħu jispeċifikaw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli tal-GDPR (pereżempju ir-regoli tal-impjieg; is-settur tas-saħħa pubblika; ir-regoli dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-libertà ta' espressjoni u l-protezzjoni tad-data). Il-GDPR jintroduċi wkoll dak li jissejjaħ mekkaniżmu “ta' punt uniku ta' servizz”, li jiżgura l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (APD) fil-każ tal-ipproċessar transkonfinali.

Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek qed tipproċessa d-data f'pajjiżi differenti, l-APD kompetentili se tkun l-awtorità ewlenija fit-trattamenti tagħha mal-APD ikkonċernati l-oħra fl-UE — hija l-APD tal-pajjiż tal-UE fejn għandek l-istabbiliment prinċipali tiegħek. Dan jiġi identifikat bħala l-amministrazzjoni ċentrali tal-kumpanija/organizzazzjoni fl-UE fejn sakemm id-deċiżjonijiet dwar il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali ma jittieħdux fi stabbiliment ieħor u dak l-istabbiliment ikollu s-setgħa li jimplimenta/ dawk id-deċiżjonijiet.

Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tipproċessa d-data sabiex tissodisfa obbligu impost mil-liġi nazzjonali ta' Stat Membru tal-UE, l-APD ta' dak l-Istat Membru tal-UE biss tkun kompetenti.

Eżempju

 L-istabbiliment prinċipali ta' kumpanija tat-tessuti (jiġifieri l-kwartieri ġenerali tagħha) jinsab fl-Italja. Din għandha ħwienet fergħat f'pajjiżi ġirien bħal Malta, il-Greċja, Franza u l-Awstrija. F'dawk il-pajjiżi ġirien, il-ħwienet fergħat jistabbilixxu bażijiet ta' data li jipproċessaw id-data personali tal-klijenti għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar “kif” jiġu kkuntattjati dawn il-klijenti, “meta” u “għaliex” jittieħdu fil-kwartieri ġenerali fl-Italja. Għalhekk, f'dan il-każ, id-deċiżjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni hija meqjusa li qed issir fl-Italja. L-APD Taljana hija l-awtorità ewlenija għall-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek.

Referenzi