Id-drittijiet fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tistipula li ċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom.

Protection of personal data

Il-leġiżlazzjoni

Il-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data adottat f’Mejju 2016 għandu l-għan li jagħmel lill-Ewropa lesta għall-era diġitali. Aktar minn 90% tal-Ewropej jgħidu li jridu l-istess drittijiet għall-protezzjoni tad-data fl-UE kollha u irrispettivament minn fejn tkun ġiet ipproċessata d-data tagħhom.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-data. Dan it-test jinkludi r-rettifika ppubblikata fil-ĠU tal-UE tat-23 ta’ Mejju 2018.

Ir-regolament hu pass essenzjali biex jissaħħu d-drittijiet fundamentali tal-individwi fl-era diġitali u jiġi ffaċilitat in-negozju billi jiġu kkjarifikati r-regoli għall-kumpaniji u l-korpi pubbliċi fis-suq uniku diġitali. Liġi waħda se tneħħi wkoll il-frammentazzjoni attwali fis-sistemi nazzjonali differenti u l-piżijiet amministrattivi mhux neċessarji.

Ir-regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016 u beda japplika mill-25 ta’ Mejju 2018. Aktar informazzjoni għall-kumpaniji u l-individwi.

Informazzjoni dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) fil-Ftehim ŻEE.

EU Member States notifications to the European Commission under the GDPR

Study on Data Protection Certification Mechanisms

Id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data

Id-Direttiva (UE) 2016/680 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali marbuta ma’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data.

Id-direttiva tipproteġi d-dritt fundamentali taċ-ċittadini għall-protezzjoni tad-data kull meta d-data personali tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi B’mod partikolari se tiżgura li d-data personali tal-vittmi, ix-xhieda u l-persuni suspettati ta’ delitti huma protetti kif xieraq, u se tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2016 u l-pajjiżi tal-UE kellhom jittrasponuha fil-liġi nazzjonali tagħhom sas-6 ta’ Mejju 2018.

L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data

Il-pajjiżi tal-UE waqqfu korpi nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) huwa korp Ewropew indipendenti li għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea kollha. L-EDPB ġie stabbilit mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

L-EDPB hu magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-UE/taż-ŻEE u mis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord mingħajr id-dritt tal-vot. Is-segretarjat tal-EDPB huwa pprovdut mill-EDPS. Is-segretarjat iwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.

Il-kompiti tal-EDPB jikkonsistu primarjament fl-għoti ta’ gwida ġenerali dwar kunċetti ewlenin tal-GDPR u tad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi, pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali u leġiżlazzjoni ġdida proposta fl-Unjoni Ewropea, u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet vinkolanti f’tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Il-protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

Il-leġiżlazzjoni

Ir-Regolament 2018/1725 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Hu allineat mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data. Daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2018.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament 2018/1725 stabbilixxa Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)L-EDPS huwa korp indipendenti tal-UE responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej u għall-investigazzjoni tal-ilmenti.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea ħatret Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li huwa responsabbli għall-monitoraġġ u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kummissjoni Ewropea. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jiżgura b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna tar-regoli ta’ protezzjoni tad-data f’kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Il-finanzjament

Il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014 -2020

Avveniment

Dokumenti