Il-ħtieġa għall-valutazzjonijiet tal-impatt

Il-valutazzjonijiet tal-impatt jitwettqu fuq inizjattivi li huma mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, soċjali jew ambjentali sinifikanti. Dawn jistgħu jkunu:

  • proposti leġiżlattivi
  • inizjattivi mhux leġiżlattivi (pereż. programmi finanzjarji, rakkomandazzjonijiet għan-negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali)
  • atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Is-sejbiet tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt huma mqassra f’rapport tal-il-valutazzjoni tal-impatt. Il-kwalità ta’ kull rapport tiġi vverifikata minn korp indipendenti, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, li joħroġ opinjonijiet.

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt għandu jinkludi deskrizzjoni:

  • tal-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, inklużi l-impatti fuq l-impriżi żgħar u medji u l-kompetittività, u dikjarazzjoni espliċita jekk xi waħda minn dawn ma titqiesx sinifikanti 
  • ta' min se jiġi affettwat mill-inizjattiva u kif 
  • l-istrateġija ta' konsultazzjoni u r-riżultati akkwistati minnha

Ir-rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt jiġu ppubblikati mal-proposti jew mal-atti adottati mill-Kummissjoni. Huma jintbagħtu wkoll lil dawk li jfasslu l-liġijiet tal-UE, lill-Parlament u lill-Kunsill, biex jikkunsidrawhom billi huma jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jadottaw il-liġi proposta.

Rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt

Tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-valutazzjonijiet tal-impatt jifformaw parti ewlenija mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, li tipprova tfassal u tevalwa l-politiki u l-liġijiet tal-UE sabiex huma jwettqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.

Il-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar fihom gwida għall-Kummissjoni dwar kif tmexxi l-valutazzjonijiet tal-impatt. Dawn huma akkumpanjati b'sett ta' għodda li jipprovdi parir komplementari.

Kif issir il-kontribuzzjoni

L-analiżi inizjali tal-problema, tal-objettivi tal-politika u tas-soluzzjonijiet differenti tal-Kummissjoni kif ujkoll l-impatti probabbli tagħhom huma stabbiliti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu li dwarhom il-partijiet ikkonċernati jistgħu jagħtu l-feedback tagħhom.

Agħti feedback dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu

Din jtiġi segwita b'valutazzjoni tal-impatt fejn il-partijiet ikkonċernati huma kkonsultati dwar l-aspetti ewlenin kollha permezz tal-konsultazzjonijiet pubbliċi.

Ikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet tal-impatt

Meta l-proposta leġiżlattiva, akkumpanjata mir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, hi finalizzata u magħmula pubblika mill-Kummissjoni, iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati għandhom ċans ieħor biex jissottomettu l-feedback tagħhom dwar il-proposta, meta hi tmur għand il-leġiżlaturi tal-UE.

Agħti feedback dwar il-proposti leġiżlattivi u l-valutazzjonijiet tal-impatt relatati

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE

Il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar tfassil tal-liġijiet aħjar miftiehem f'April 2016 jagħraf il-kontribuzzjoni pożittiva tal-valutazzjonijiet tal-impatt biex tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Skont il-ftehim, il-Parlament u l-Kunsill tal-UE jqisu b'mod sħiħ il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni meta jiddeċiedu dwar il-proposti leġiżlattivi. Il-koleġiżlatturi jistgħu jwettqu wkoll valutazzjonijiet tal-impatt relatati mal-emendi sostanzjali matul il-proċess leġiżlattiv.

Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-leġislazzjoni

Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-applikazzjoni korretta tal-prinċipji tas-sussidjarjetà (ebda intervent tal-UE meta kwistjoni tista' tiġi ttrattata b'mod effettiv mill-pajjiżi tal-UE) u tal-proporzjonalità (l-azzjoni tal-UE ma teċċedix dak li hu neċessarju biex jitwettqu l-objettivi) meta jiġu żviluppati l-politiki huma vvalutati fil-valutazzjonijiet tal-impatt.