Il-liġi tal-UE u l-applikazzjoni tagħha
- ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet isiru vinkolanti awtomatikament fl-UE kollha fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ
- id-direttivi jridu jiġu inkorporati mill-pajjiżi tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom
Il-pajjiżi tal-UE jimplimentaw
Regolamenti u deċiżjonijiet
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li dawn jiġu applikati b’mod korrett.
Direttivi
Kull direttiva fiha data ta’ skadenza sa meta l-pajjiżi tal-UE għandhom jinkorporaw id-dispożizzjonijiet tagħha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi membri jimplimentaw b’mod korrett il-liġijiet kollha tal-UE. Hi tipprovdi informazzjoni onlajn, pjanijiet ta’ implimentazzjoni, dokumenti ta’ gwida u torganizza laqgħat ta’ gruppi esperti.
Miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni – kif tista’ ssibhom fil-EUR-Lex
Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni hi responsabbli biex tiżgura li l-pajjiżi kollha tal-UE japplikaw b’mod korrett il-liġi tal-UE. F’dan ir-rwol, il-Kummissjoni hi msemmija bħala l-“gwardjan tat-trattati”.
Il-Kummissjoni tieħu azzjoni jekk xi pajjiż tal-UE:
- ma jinkorporax kompletament direttiva fil-liġi nazzjonali tiegħu sad-data ta’ skadenza stabbilita
- ma jkunx applika b’mod korrett il-liġi tal-UE
Il-Komunikazzjoni tal-2016 Il-liġi tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar tispjega kif il-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozji.
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE
Regolamentazzjoni Aħjar: għaliex u kif
Meta l-pajjiżi jonqsu milli japplikaw il-liġi tal-UE
Jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma jimplimentawx kif suppost il-liġijiet tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tniedi proċedura formali ta’ ksur kontra l-pajjiż inkwistjoni. Jekk il-kwistjoni xorta ma tkunx riżolta, il-Kummissjoni tista’ tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Kif tagħmel ilment
Iċ-ċittadini, ir-residenti u n-negozji tal-Unjoni Ewropea huma protetti b'għadd ta’ drittijiet bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni. Jekk tħoss li dawn id-drittijiet ma ġewx rispettati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru tal-UE, jeżistu diversi mezzi ta’ rimedju u għajnuna.
Nirrikkmandawlek li l-ewwel tressaq il-kwistjoni quddiem l-entitajiet jew l-awtoritajiet nazzjonali, bħal ombudsman jew qorti lokali. Dan għax l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri tal-UE għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
Għalkemm normalment tkun tista' tinforza drittijietek aħjar fil-pajjiż fejn tgħix, l-Unjoni Ewropea tkun tista' tgħinek ukoll. Tista' tagħmel ilment mal-Kummissjoni billi tressaq ilment b'mod uffiċjali.
Għandek issib aktar informazzjoni speċifika fit-taqsima apposta: