Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Id-dewmien fit-traspożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jtellef liċ-ċittadini u n-negozji milli jgawdu l-benefiċċji tal-liġijiet, joħloq inċertezza dwar liema regoli japplikaw u jaffettwa b’mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern tal-UE.

Kull direttiva fiha data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni. Sa dik id-data l-pajjiżi tal-UE jridu jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali, li fihom id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fil-leġiżlazzjoni tagħhom. 

Miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni - kif tista’ ssibhom f' EUR-Lex

Il-Kummissjoni tivverifika jekk dawn ikunux kompluti u jekk jilħqux l-objettivi stabbiliti mid-direttiva.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta’ ksur għal “nuqqas ta’ komunikazzjoni”. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħti bidu għal proċedura ta’ ksur f’każ ta’ traspożizzjoni inkorretta tad-direttivi.

Proċedura ta’ ksur

Rappurtar dwar il-prestazzjoni

Il-Kummissjoni tippubblika rapport annwali li jirrevedi l-prestazzjoni tal-Istati Membri dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u li jenfasizza l-iżviluppi prinċipali tas-sena. Ir-rapport jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali.

Rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE

L-aktar reċenti