In-negozji ż-żgħar u ta’ daqs medju

In-negozji ż-żgħar, magħrufa wkoll bħala SMEs (li tfisser “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju”), jistgħu japplikaw għal għotjiet, self u garanziji. Jistgħu wkoll jagħmlu offerti għal kuntratti biex jipprovdu oġġetti u servizzi.

Biex tikkwalifika bħala SME, kumpanijia jrid ikollha:

  • bejn 50 u 250 impjegat
  • fatturat annwali ta’ mhux aktar minn €50 miljun jew karta tal-bilanċ b’total li ma jaqbiżx €43 miljun fis-sena

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għan-negozji żgħar

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għan-negozji żgħar

L-NGOs

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi u dawk tas-soċjetà ċivili mingħajr skop ta’ qligħ huma eliġibbli għall-finanzjament mill-UE fejn l-oqsma tal-attività tagħhom huma relatati mal-politiki tal-UE.

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-NGOs

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għall-NGOs

Iż-żgħażagħ

Il-baġit tal-UE jinkludi programmi speċifiċi li jappoġġjaw liż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza ta’ xogħol jew jistudjaw barra l-pajjiż. Hemm ukoll programmi mmirati għaż-żgħażagħ bla xogħol.

B’mod ġenerali, dawn il-programmi huma miftuħa għal:

  • żgħażagħ (13-31 sena)
  • organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • partijiet ikkonċernati oħrajn li jaħdmu maż-żgħażagħ

Fis-sejħiet ta’ finanzjament individwali tista’ ssib kriterji aktar dettaljati.

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għaż-żgħażagħ

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għaż-żgħażagħ

Ir-riċerkaturi

Ir-riċerka u l-innovazzjoni tant huma importanti għall-istrateġija fit-tul tal-UE li huma disponibbli programmi speċjali u sorsi oħrajn ta’ appoġġ għar-riċerkaturi fl-Ewropa kollha.

Il-programm ta’ finanzjament prinċipali tal-UE għar-riċerka hu Orizzont 2020. Dan jappoġġja proġetti ta’ riċerka individwali f’ħafna oqsma, li jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew individwi.

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għar-riċerkaturi

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għar-riċerkaturi

Il-bdiewa

Jekk inti bidwi jew maniġer tal-art, x’aktarx li se tkun eliġibbli li tirċievi pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni (PAK)

Biex tikkwalifika għall-finanzjament, trid tirrispetta ċerti rekwiżiti fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-pjanti, tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Il-finanzjament jasal permezz tal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżek

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-bdiewa

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għall-bdiewa

L-entitajiet pubbliċi

L-entitajiet pubbliċi - kemm jekk huma lokali, reġjonali jew nazzjonali - jistgħu jibbenefikaw minn ħafna opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE, inklużi investimenti li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kapaċità u l-effiċjenza istituzzjonali, u proġetti tal-infrastruttura lokali.

Opportunitajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-entitajiet pubbliċi

Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament miftuħa għall-entitajiet pubbliċi