Għalkemm hemm għadd ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament li huma mmirati speċifikament lejn is-sidien ta' intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, dawn il-programmi jistgħu wkoll joffru opportunitajiet għall-applikanti ta’ dan il-profil.

  • Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi għotjiet sabiex tappoġġja proġetti jew organizzazzjonijiet li jiżviluppaw l-interessi tal-UE. L-SMEs u partijiet oħrajn ikkonċernati jistgħu japplikaw billi jwieġbu għal Sejħiet għal -proposti. Tuża wkoll kuntratti pubbliċi biex tixtri oġġetti u servizzi. Il-fornituri jintgħażlu permezz ta' Sejħiet għall-offerti.

  • Hu disponibbli appoġġ għall-imprendituri u n-negozji permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi tal-UE, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali. Il-Portal dwar "l-Aċċess għall-Finanzi” jgħin biex jinstab finanzjament tal-UE għal proġetti bħal self, garanziji, finanzjament tal-ekwità u ħafna oħrajn.

  • Il-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament tal-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) tgħin is-settur tal-SMEs billi tipprovdi self sa €25,000 lil individwi biex jibdew negozju żgħir jew jiżviluppawh.

  • Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jipprovdi appoġġ lill-SMEs sabiex jgħinhom itejbu l-kompetittività tagħhom, pereżempju permezz tat-taħriġ.

  • Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jippermetti lill-SMEs jibbenefikaw minn livelli ogħla ta’ appoġġ billi l-maġġoranza l-kbira tal-impriżi tas-sajd u l-akkwakultura huma SMEs.

  • Self mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) għall-SMEs permezz tal-programm għall-Azzjoni Klimatika LIFE

  • Opportunitajiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-iżvilupp iffinanzjat mid-Directorate Ġeneral għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea

  • Il-Programm ta’ Taħriġ Eżekuttiv, li jħeġġeġ lill-SMEs jespandu n-negozju tagħhom fil-Ġappun u l-Korea.