Għalkemm hemm għadd ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament li huma mmirati speċifikament lejn ir-riċerkaturi u l-korpi tar-riċerka, il-programmi li ġejjin jistgħu wkoll joffru opportunitajiet għall-applikanti ta’ dan il-profil.
-
Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) joffri opportunitajiet varji ta’ finanzjament għar-riċerkaturi. Il-prijoritajiet tal-finanzjament ivarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor skont il-prijoritajiet tal-pajjiż jew tar-reġjun inkwistjoni.
-
Programmi nazzjonali appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jinkludu miżuri li jħeġġu t-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzati u s-sajjieda.
-
Programmi ta’ Koperazzjoni Territorjali Ewropea appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jinkoraġġixxu n-nies sabiex isolvu problemi komuni, jaqsmu ideat u assi, u jaħdmu b’mod strateġiku lejn miri komuni. Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi fit-territorju proprju tiegħu.
-
Il-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (RFCS) jipprovdi finanzjament għal proġetti ta’ riċerka ta’ kwalità għolja li jappoġġjaw il-kompetittività tal-industriji tal-faħam u l-azzar Ewropej.
-
Ħarsa ġenerali lejn opportunitajiet ta’ finanzjament oħrajn mhux koperti minn sejħiet taħt Orizzont 2020.