Għalkemm jeżistu għadd ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament li huma mmirati b’mod speċifiku lejn il-bdiewa u l-amministraturi tal-art, il-programmi li ġejjin jistgħu wkoll joffru opportunitajiet għall-applikanti ta’ dan il-profil.

Riċerka u innovazzjoni

Il-bdiewa jistgħu wkoll jibbenefikaw minn għajnuna fl-oqsma ta' Orizzont 2020 (H2020) tas-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura u l-forestrija sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar, marittima u tal-passaġġi tal-ilma interni u l-bijoekonomija. L-opportunitajiet ta’ finanzjament marbutin mal-ikel u d-dieta jinsabu mniżżlin fil-Portal tal-Parteċipant.

Impjiegi f’żoni rurali

Il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw minn xi azzjonijiet tal-Programm COSME, ġestit mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME).

Hemm finanzjament għall-bdiewa disponibbli wkoll fil-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-impjiegi fiż-żoni rurali.