Opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament
Appoġġ ekonomiku, soċjali u territorjali
Il-politika ta’ koeżjoni (jew politika reġjonali) tappoġġja l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f’reġjuni li jikkwalifikaw għall-finanzjament.
Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jirreferu għall-5 fondi ewlenin li jikkombinaw bejniethom sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku madwar il-pajjiżi kollha tal-UE:
- il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)
- il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)
- il-Fond ta’ Koeżjoni (FK)
- il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
- il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)
Ir-reġjuni kollha tal-UE jistgħu jibbenefikaw mill-FEŻR u l-FSE. Il-FK qiegħed għal reġjuni inqas żviluppati.
Proġetti infrastrutturali ewlenin
JASPERS huwa strument ta' assistenza teknika speċjali li ġie żviluppat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, mill-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
Jassisti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi fit-tħejjija ta’ proġetti ewlenin li jistgħu jkunu kofinanzjati b'fondi tal-UE.
Servizzi ta’ konsulenza dwar strumenti finanzjarji
fi-compass huwa strument ta' assistenza teknika speċjali li ġie żviluppat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, mill-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn. Huwa pjattaforma għal servizzi ta’ konsulenza dwar strumenti finanzjarji fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-mikrofinanzjament fil-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).