Kontenut tal-paġna

Kif iġġib finanzjament

Madwar 80 % tal-finanzjament mill-UE huwa mogħti permezz ta’ programmi ġestiti mill-pajjiżi tal-UE nfushom. Meta l-Kummissjoni Ewropea ġġesti direttament finanzjament, dan tagħmlu billi tagħti għotjiet, tniedi proċeduri tas-sejħiet tal-offerti, eċċ. Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar kif tapplika għal fondi ġestiti direttament mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea tgħin tiffinanzja proġetti u organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-politiki tal-UE. Hija tagħti finanzjament permezz ta’ sejħiet għal proposti u proġetti.

Biex tirċievi finanzjament għall-proġett tiegħek, int se teħtieġ tidentifika s-sejħa għall-proposti/proġetti rilevanti u ssegwi bir-reqqa l-linji gwida speċifiċi dwar kif tapplika – kull sejħa hija unika. Il-proġett tiegħek se jikkompeti għall-finanzjament ma’ proġetti sottomessi minn applikanti oħrajn għal dik is-sejħa.

Biex tkun eliġibbli għal fondi, jaf ikollok bżonn tfittex imsieħeb għal proġett f’pajjiżi oħra.

Biex issib id-dettalji ta’ sejħiet individwali: