Aġenda urbana għall-UE

L-aġenda urbana għall-UE tindirizza l-problemi li jiffaċċjaw l-ibliet billi tistabbilixxi sħubiji bejn il-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Flimkien huma jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni biex:

  • jgħaddu liġijiet aħjar
  • itejbu l-programmi ta’ finanzjament
  • jiskambjaw l-għarfien (data, studji, prattiki tajbin)

Regolamentazzjoni aħjar

Il-liġijiet tal-UE ta’ spiss jiġu implimentati fl-ibliet, b’implikazzjonijiet diretti u indiretti għall-gvernijiet tal-ibliet. Iżda l-leġiżlazzjoni tista’ tħalli impatt differenti fuq udjenzi differenti u tkun diffiċli biex tiġi implimentata fil-livell lokali. Dawn huma diffikultajiet li r-regolamentazzjoni tal-UE għandha tantiċipa.

L-aġenda urbana tal-UE tfittex li tgħin lill-atturi rilevanti jimplimentaw il-politiki, il-liġijiet u l-istrumenti eżistenti b’mod aktar effettiv u koerenti.

Fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-UE, il-programm għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni jiżgura li hi tikseb l-għanijiet tagħha bl-anqas spiża mingħajr ma jiġu imposti piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq in-negozji u organizzazzjonijiet oħra affettwati.

Finanzjament aħjar

L-awtoritajiet urbani huma fost il-benefiċjarji ewlenin tal-finanzjament pubbliku. Iżda l-kisba ta’ dan il-finanzjament jista’ jkun diffiċli minħabba l-ħafna istituzzjonijiet differenti tal-UE li jipprovdu finanzjament, u l-ħafna modi differenti li jagħmlu dan.

L-aġenda urbana tfittex li ttejjeb il-kwalità tas-sorsi ta’ finanzjament u tagħmilha aktar faċli għall-gvernijiet tal-ibliet biex jaċċessawhom.

L-aġenda urbana għall-UE ma toħloqx finanzjament addizzjonali tal-UE, iżda tibbaża fuq it-tagħlimiet meħuda sabiex tagħmilha aktar faċli għall-gvernijiet tal-ibliet biex japplikaw għal finanzjament mill-programmi kollha tal-UE, inklużi dawk li jaqgħu taħt il-politika ta’ koeżjoni.

Għarfien aħjar

Stejjer ta’ suċċess u għarfien ieħor dwar kif jevolvu l-ibliet għandhom jintużaw aħjar u jiġu kondiviżi b’mod aktar wiesa’.

Minn belt għal oħra, ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet u l-istrutturi amministrattivi relatati jistgħu jvarjaw ħafna. Hu importanti li jkun hemm data affidabbli biex jiġi żgurat li l-politika urbana tkun ibbażata fuq l-evidenza u li jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta għall-isfidi l-kbar.

L-aġenda urbana tal-UE se tgħin biex tinbena bażi ta’ għarfien tal-politika urbana u biex jiġi promoss l-iskambju ta’ prattiki tajba. L-inizjattivi relatati kollha se jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku kif ukoll jippromwovu l-użu ta’ data kbira, illinkjata u miftuħa.

Temi prijoritarji

It-temi ta’ prijorità tal-aġenda urbana għall-ibliet huma:

Dawn it-temi urbani ġew stabbiliti fil-Patt ta’ Amsterdam, irratifikat mill-ministri għall-politika urbana tal-pajjiżi membri tal-UE f’Mejju 2016.