Ħarsa ġenerali

Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-UE jinvolvi kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet minn pajjiżi differenti. Hemm diversi servizzi ta’ tiftix għal sħab li jistgħu jgħinuk issib organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw fi proposti, jew li jippubblikaw l-offerti għall-kollaborazzjoni tiegħek stess.

Fejn tista’ ssib sħab fl-edukazzjoni

L-aġenziji nazzjonali ta’ Erasmus+

L-aġenziji nazzjonali għal Erasmus+ huma bbażati f’pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm, u jistgħu jgħinuk issib sħab għal proġetti. 

Tgħallem aktar dwar kif l-aġenziji nazzjonali jistgħu jgħinuk issib sieħeb

Il-bażi tad-data tar-riżultati tal-proġetti Erasmus+

Erasmus+ joffri bażi tad-data tar-riżultati tal-proġetti b’dettalji ta’ proġetti Erasmus tal-passat, u dettalji ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Sħab għal proġetti taż-żgħażagħ

Otlas hi pjattaforma għal sħubijiet internazzjonali fejn tista’ ssib organizzazzjonijiet u gruppi informali ta’ ħidma fi proġetti taż-żgħażagħ.

Sħab għal proġetti fl-iskejjel Ewropej

L-eTwinning hi komunità online għal għalliema u persunal tal-iskola fejn tista’ ssib sħab potenzjali għal proġetti online u offline.

School Education Gateway hi pjattaforma kollaborattiva online għall-persunal edukattiv fl-iskejjel fejn tista’ ssib pjattaformi għal tfittxija ta’ sħab għal

Sħab għal proġetti ta’ tagħlim lill-adulti

Tista’ wkoll tiskambja ideat u ssib opportunitajiet ta’ netwerking ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fit-tagħlim lill-adulti permezz tat-tfittxija ta’ sħab ta’ EPALE

Sħab fit-taħriġ vokazzjonali

L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati hi netwerk li jaħdem biex itejjeb l-apprendistati fl-Ewropa, u fejn tista’ ssib sħab għal proġetti fit-taħriġ vokazzjonali.

Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali tappoġġja n-netwerking u l-kooperazzjoni bejn l-istudenti, il-ġenituri, il-kumpaniji, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim lill-adulti, il-kmamar u organizzazzjonijiet professjonali oħra, ir-riċerkaturi, il-konsulenti tal-karrieri u l-awtoritajiet pubbliċi.