Kif issib proġetti ffinanzjati

Tista’ tara wkoll kif proġetti preċedenti spikkaw f’termini ta’ rilevanza politika, ta’ potenzjal komunikattiv, tal-impatt jew tad-disinn tagħhom. 


Il-Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġetti Erasmus+ hi bażi tad-data li tagħtik aċċess għal deskrizzjonijiet, riżultati u informazzjoni ta’ kuntatt tal-proġetti kollha ffinanzjati taħt il-programm Erasmus+ u xi wħud mill-proġetti ffinanzjati taħt il-programmi predeċessuri tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

Il-bażi tad-data tal-proġetti tal-Fond Soċjali Ewropew tagħtik informazzjoni dwar proġetti preċedenti ffinanzjati għal edukazzjoni aħjar madwar l-UE.