L-aktar reċenti

Responsabbiltajiet

L-SRSS jikkoordina u jipprovdi appoġġ tekniku mfassal apposta lill-pajjiżi tal-UE, b’kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. L-appoġġ hu notevolment ipprovdut permezz tal-Programm ta’ Sostenn għar-Riforma Struttrurali (SRSP). L-objettiv hu li jgħin il-pajjiżi tal-UE jibnu istituzzjonijiet aktar effettivi, oqsfa ta’ governanza aktar b’saħħithom u amministrazzjonijiet pubbliċi effiċjenti. Appoġġ ta’ din ix-xorta jirrinforza l-kapaċità tal-pajjiżi tal-UE biex ifasslu u jimplimentaw il-politiki sabiex jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir sotenibbli.

L-oqsma ta’ appoġġ jinkludu:

  • il-governanza u l-amministrazzjoni pubblika
  • l-amministrazzjoni tad-dħul u l-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi
  • l-istat tad-dritt, l-attivitajiet kontra korruzzjoni, kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-frodi
  • il-klima tal-investiment
  • l-assi pubbliċi
  • l-unjoni tal-enerġija u l-kwistjonijiet tal-klima
  • l-edukazzjoni
  • il-politiki settorali
  • il-kura tas-saħħa
  • il-kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol
  • il-finanzjament u l-aċċess għal finanzjament, l-unjoni tas-swieq kapitali (CMU)
  • il-migrazzjoni u l-kontroll mal-fruntieri

L-SRSS jikkoordina wkoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġja l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Uniti għar-riunifikazzjoni ta’ Ċipru. L-SRSS hu responsabbli wkoll għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-UE ta’ Għajnuna għall-komunità Turko-Ċiprijotta u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra.

Hu jipprovdi wkoll appoġġ fil-post lill-immaniġġjar tal-migrazzjoni lill-Greċja, b’kollaborazzjoni mill-qrib mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tal-UE. Il-Kap tal-SRSS hu l-Koordinatur tal-UE għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija dwar l-immaniġġjar tal-migrazzjoni.

Pjanijiet u rapporti

Pjan ta’ maniġment – riżultati tad-dipartiment imbassra, attivitajiet, riżorsi għas-sena kurrenti

Rapport ta’ attività annwali – kisbiet tad-dipartiment, riżorsi użati matul is-sena preċedenti

IddawnlowdjaPDF - 10 MB

IddawnlowdjaPDF - 626.6 KB

Tmexxija u organizzazzjoni

Kuntatt