Responsabbiltajiet
It-Task Force ta’ Rkupru u Reżiljenza (RECOVER) ġiet stabbilita fis-16 ta’ Awwissu 2020 fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. RECOVER hi responsabbli biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza u biex tikkoordina s-Semestru Ewropew. RECOVER tirrapporta lill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.
Céline Gauer hija l-Kap ta’ RECOVER. Hi appoġġjata minn Konsulent Prinċipali kif ukoll żewġ Direttorati.
RECOVER taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni biex:
- tikkoordina l-appoġġ lill-Istati Membri fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u reżiljenza tagħhom;
- tinvolvi ruħha mal-Istati Membri biex tiżgura li l-pjanijiet notifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u li r-riforma proposta u l-inizjattivi ta’ investiment jilħqu l-objettivi tat-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali, ta’ rkupru u reżiljenza;
- tipprepara l-atti ta' implimentazzjoni neċessarji għall-approvazzjoni tal-pjanijiet;
- tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet u tanalizza r-rapporti perjodiċi previsti mil-leġiżlazzjoni;
- tikkoordina s-Semestru Ewropew f’dan il-perjodu ta’ żmien.
Hawnhekk tista’ ssib iktar informazzjoni dwar l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-coronavirus u l-appoġġ tagħha għall-irkupru tal-UE.
Tmexxija u organizzazzjoni
![]() |
Kap tat-Task Force Céline Gauer |
![]() |
Konsulent Prinċipali u Koordinatur tas-Semestru Ewropew Johannes Luebking |
![]() |
Direttur Eric von Breska |
![]() |
Direttur Maria Teresa Fabregas Fernandez |
Kuntatt
- Kuntatt għal mistoqsijiet tal-media relatati mal-ħidma ta’ RECOVER:
Ms. Veerle Nuyts
Tel. +32 (0) 2 29 96302
Email: veerle.NUYTS@ec.europa.eu
- Kuntatt għal mistoqsijiet mhux tal-media relatati mal-ħidma ta’ RECOVER jew mal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza:
Media soċjali |