Responsabbiltajiet

L-għanijiet tagħna

Beħsiebna nagħmlu l-Ewropa post aktar b’saħħtu u aktar sikur. Il-missjoni tagħna hi li nipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini u nimmonitorjaw l-ikel tagħhom biex niżguraw li dan ikun sikur.

Nimmiraw li

X’nagħmlu

Aħna se niksbu l-għanijiet tagħna billi nimmonitorjaw, nisimgħu t-tħassib tiegħek u nieħdu azzjoni.

Nimmonitorjaw

Meta l-UE tadotta liġijiet u politiki dwar is-sikurezza alimentari u s-saħħa pubblika, hu f’idejn il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li japplikaw dawk il-liġijiet. Huma għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli, il-kumpaniji, il-manifatturi u l-produtturi tal-ikel jirrispettaw ir-regoli. Parti minn xogħolna hu li niċċekkjaw li dan qed iseħħ tassew.

Nismgħu

Meta nfasslu l-politiki, irridu nisimgħu mill-partijiet interessati kollha permezz ta’ konsultazzjoni. Aħna nqisu, pereżempju, il-politiki relatati tal-UE dwar il-kummerċ, il-kompetittività u l-ambjent, fost l-oħrajn, u t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati.

Nieħdu Azzjoni

Fejn hi meħtieġa azzjoni tal-UE, aħna nipproponu l-liġijiet u nappoġġjaw il-proġetti. Nappoġġjaw ukoll l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali fl-oqsma fejn huma jinsabu f’qagħda aħjar biex jaġixxu.

DĠ SANTE jiżviluppa u jwettaq il-politiki tal-Kummissjoni dwar:

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni – ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati mal-istituzzjonijiet kollha għas-sena kurrenti

Pjan strateġiku – department strategy, objectives for 2020-2024

Pjan ta’ maniġment – riżultati tad-dipartiment imbassra, attivitajiet, riżorsi għas-sena kurrenti

Rapport ta’ attività annwali – kisbiet tad-dipartiment, riżorsi użati matul is-sena preċedenti

Tmexxija u organizzazzjoni

IddawnlowdjaPDF - 607.1 KB

Kuntatt