Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
1 ta' Frar 2018 - 26 ta' April 2018
Suġġetti
Ġustizzja u drittijiet fundamentali

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tagħmel taqsira tat-tweġibiet ftit wara tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni. It-tweġibiet tiegħek se jitqiesu waqt l-evalwazzjoni tal-istrateġija dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew tal-2011 u waqt it-tfassil tal-istrateġija l-ġdida dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew għall-2019-2025.

Grupp fil-mira

Din il-konsultazzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati mill-istrateġija dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew tal-futur.

It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew ikopri t-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, inklużi l-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE kif ukoll il-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali Ewropea u l-valur fundamentali tal-Unjoni bħall-istat tad-dritt.

Il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huma l-prattikanti involuti fis-sistema ġudizzjarja bħall-imħallfin, il-persunal fil-qorti, il-bailiffs jew l-uffiċjali tal-infurzar, l-avukati, in-nutari, il-medjaturi, l-interpreti u t-tradutturi legali, l-esperti tal-qorti, il-maniġment u l-persunal tal-ħabsijiet, l-uffiċjali tal-probation.

Għan tal-konsultazzjoni

It-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja dwar il-liġi tal-UE hu essenzjali biex niżguraw l-applikazzjoni korretta u koerenti tal-liġi tal-UE u proċeduri ġudizzjarji transfruntiera mingħajr xkiel. Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew fit-tul li stabbilixxiet objettivi speċifiċi għat-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja li għandhom jintlaħqu sal-2020.

L-għan ta’ din il-konsultazzjoni hu li tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar l-istrateġija dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew tal-2011 kif ukoll dwar l-istrateġija dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew għall-2019-2025.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Il-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu aċċessibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jaslu b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. Il-kwestjonarju jieħu bejn 15 u 30 minuta biex jitlesta. Tista' tieqaf timla l-kwestjonarju meta trid u tkomplih aktar tard. Tista’ tiddawnlowdja l-kwestjonarju f’format PDF. Tista’ wkoll tbiddel il-kontribuzzjoni tiegħek wara li tissottomettiha billi teditjaha. Dan irid isir qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni. Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tat-tweġibiet kompluti tiegħek. Fl-aħħar tal-kwestjonarju se tingħata l-possibbiltà li tapplowdja dokumenti ta’ prova (mass: 1MB) biex tikkomplementa l-kontribuzzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok tinkudix dejta personali fid-dokumenti li tissottometti fil-kuntest ta’ din il-konsultazzjoni jekk tagħżel li tibqa’ anonimu. Huwa importanti li taqra l-istqarrija speċifika ta’ privatezza għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek. Jekk ikollok xi mistoqsijiet waqt li tkun qed timla l-istħarriġ, tista’ ssib l-għajnuna hawnhekk.

Kwestjonarju speċjalizzat

Din il-konsultazzjoni pubblika hi kkumplementata minn kwestjonarju mmirat lill-partijiet ikkonċernati (fornituri tat-taħriġ fil-livell tal-UE għall-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja, rappreżentanti tal-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja fil-livell tal-UE u assoċjazzjonijiet tal-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja fil-livell tal-UE). Dan hu aċċessibbli hawnhekk.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey.
Jekk tixtieq tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek b’mod ieħor, jekk jogħġbok ikkuntattja lil just-judicial-training@ec.europa.eu.

Dokumenti ta' referenza

  • 2011 Commission Communication "Building trust in EU-wide justice - A new dimension to European judicial training"
  • 2017 Report on European judicial training
IddawnlowdjaPDF - 386.5 KB

Informazzjoni addizzjonali

Ir-Reġistru tat-Trasparenza

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza u jissieħbu mal-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika dikjarata tal-Kummissjoni li telenka l-kontribuzzjoni bħala parti mill-kontribuzzjonijiet individwali (Komunikazzjoni dwar l-Istandards tal-Konsultazzjonijiet, ara COM (2002)704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza, ara COM (2007)127 tal-21/03/2007). Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok indika n-numru tiegħek tal-ID tar-Reġistru fir-Reġistru ta' Trasparenza meta twieġeb dan il-kwestjonarju online. Il-kontribuzzjoni tiegħek imbagħad titqies bħala rappreżentazzjoni tal-fehmiet tal-organizzazzjoni tiegħek. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex reġistrata, għandek l-opportunità li TIRREĠISTRA ISSA. Imbagħad tista' tirritorna f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Kuntatt