Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
15 ta' Diċembru 2017 - 12 ta' Frar 2018
Suġġetti
Ambjent, Affarijiet marittimi u sajd
Dipartimenti

Grupp fil-mira

Il-pubbliku ġenerali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, il-kumpaniji, ir-riċerkaturi u l-esperti, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u tas-sajd

Għan tal-konsultazzjoni

Biex jingħata input, opinjonijiet u data fit-tħejjija tas-segwitu għall-Istrateġija dwar il-Plastik fir-rigward taż-żibel fil-baħar, b’mod partikolari plastik u tagħmir tas-sajd użat darba.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni pubblika billi timla l-kwestjonarju online.

Bħalissa l-kwestjonarju hu aċċessibbli bl-Ingliż, iżda mill-21 ta’ Diċembru se jkun disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali tal-UE, u t-tweġibiet jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa minnhom. Minħabba dewmien possibbli fit-traduzzjoni tat-tweġibiet sottomessi f’ċerti lingwi, it-tweġibiet bl-Ingliż jiffaċilitaw proċess aktar mgħaġġel tar-riżultati tal-istħarriġ.

Tista' tieqaf timla l-kwestjonarju meta trid u tkomplih aktar tard. Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja.

Il-kwestjonarju jippermettilek tapplowdja prova dokumentata.

Il-kontribuzzjonijiet kollha li jaslu jistgħu jiġu ppubblikati fuq l-internet. Hu importanti li taqra l-istqarrija ta’ privatezza speċifika għal informazzjoni dwar kif se jiġu pproċessati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey.

Qabel ma twieġeb, jekk jogħġbok kun ċert qrajt l-Istqarrija ta’ Privatezza speċifika msemmija hawn fuq.