Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
31 ta' Lulju 2017 - 22 ta' Ottubru 2017
Suġġetti
Negozju u Industrija, Trasport, Is-suq uniku, Ambjent, Kompetizzjoni, Il-konsumaturi, Justice and fundamental rights, Saħħa pubblika, Riċerka u innovazzjoni

Ara t-tweġibiet

The results of the consultation are currently only available on the English version of this page. Other EU language versions of this page will be updated soon.

View the questionnaire

Questionnaire for road users (individual user, company or organisation)

Questionnaire for companies and organisations

Questionnaire for public authorities

View the contributions

Replies from respondents registered in the transparency register

Replies from others

Anonymous replies (confidentiality requested by respondents)

Additional contributions

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

We received 118 responses and thank all those who contributed to this consultation.
See this brief summary of the replies

Grupp fil-mira

Iċ-ċittadini privati kollha, l-organizzazzjonijeit, il-kumpaniji u l-awtoritajiet mistednin li jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. B’mod partikolari, il-kontribuzzjonijiet huma mfittxija minn

  • Individwi
  • Kumpaniji
  • Awtoritajiet pubbliċi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.
  • Rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi
  • Rappreżentanti tat-trade unions
  • Rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ambjentali
  • Rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sikurezza stradali
  • Istituti tar-riċerka
  • Manifatturi tal-vetturi u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija awtomotiva
  • Manifatturi tat-tagħmir awtomotiv u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-fornituri tal-industrija, inklużi l-SMEs involuti fil-katina tal-forniment

Għan tal-konsultazzjoni

Ir-Regolamenti tal-UE dwar is-sikurezza tal-vetturi għandhom l-għan li jipproteġu lis-sewwieqa, il-passiġġieri, il-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti li jistgħux jintlaqtu minn vettura matul aċċident. L-inizjattiva tal-Kummissjoni attwali għandha l-għan li jkompli jitnaqqas in-numru tal-fatalitajiet u tal-korrimenti fit-toroq. Biex dan jintlaħaq, jistgħu jiġu proposti emendi jew rekwiżiti ġodda għar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali u r-Regolament dwar il-Persuni bil-Mixi. F’dawn il-proposti, hemm fokus fuq dawk li jużaw it-toroq u li huma l-aktar vulnerabbli inklużi t-tfal u l-anzjani.

Hemm 19-il miżura speċifika ta’ sikurezza għall-vetturi li qed ikunu kkunsidrati għall-aġġornament possibbli tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali u r-Regolament dwar il-Persuni bil-Mixi. Dawn il-miżuri għandhom jintroduċu tagħmir standard ġdid u jtejbu l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi u għandhom il-potenzjal li jsalvaw il-ħajjiet fit-toroq tal-UE, billi jsiru fatturi mandatarji fil-karozzi, fil-vetturi kummerċjali ħfief, fil-karozzi tal-linja, fit-trakkijiet u fit-trejlers.

L-għan tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati hu li jinġabru l-opinjonijiet tagħhom dwar l-aħjar mezz biex jittejbu l-miżuri kurrenti ta’ sikurezza tal-vetturi, biex jikkomplementaw l-istudji eżistenti fil-qasam.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Jekk jogħġbok innota li għat-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess ta’ konsultazzjoni, inħeġġu lil dawk li jwieġbu biex jużaw il-kwestjonarju online biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom.

Minħabba n-natura ta’ ċerti mistoqsijiet speċifiċi, hemm kwestjonarji separati għall-gruppi fil-mira differenti rispettivi.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli f’6 lingwi permezz tal-links li jinsabu hawn taħt. It-tweġibiet jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Tixtieq twieġeb bħala utent tat-toroq (utent individwali, kumpanija jew organizzazzjoni)?

Ara l-Kwestjonarju tal-EU Survey bl-Ispanjol, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan jew il-Pollakk.

Qed tirrappreżenta kumpanija jew organizzazzjoni?

Ara l-Kwestjonarju tal-EU Survey bl-Ispanjol, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan jew il-Pollakk.

Qed tirrappreżenta awtorità pubblika?

Ara l-Kwestjonarju tal-EU Survey bl-Ispanjol, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan jew il-Pollakk.

Dokumenti ta' referenza

Kuntatt