Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
19 ta' Settembru 2017 - 12 ta' Diċembru 2017
Suġġetti
Ekonomija u soċjetà diġitali

Ara t-tweġibiet

Il-Kummissjoni se tippubblika t-tweġibiet ftit żmien wara li jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tagħmel taqsira tat-tweġibiet ftit wara li jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni. Ir-riżultati se jitqiesu fil-kuntest tar-rieżami tad-direttiva PSI.

Grupp fil-mira

Il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-gvernijiet, id-detenturi u l-utenti tal-kontenut tas-settur pubbliku, l-utenti kummerċjali u mhux kummerċjali li jergħu jużaw id-dejta, l-esperti u l-akkademiċi kif ukoll iċ-ċittadini huma mistiedna jagħtu l-kontribut tagħhom.

Għan tal-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni qed tniedi konsultazzjoni pubblika fid-dawl tar-rieżami tad-direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (id-Direttiva PSI). Kif previst fl-Analiżi ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali ta’ Mejju 2017 (COM(2017) 228), u sabiex jiġu ssodisfati l-miri tal-istrateġija fil-qasam tal-ekonomija xprunata mid-dejta, il-Kummissjoni qed tħejji inizjattiva dwar l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid ta’ dejta pubblika u ta’ dejta ffinanzjata minn fondi pubbliċi u fl-istess ħin qed tesplora aktar il-kwistjoni tad-dejta miżmuma privatament li hija ta’ interess pubbliku.

Id-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku hija element ewlieni tal-istrateġija Ewropea sabiex id-dejta tal-gvern tkun aċċessibbli biex tintuża fl-ekonomija u biex jintlaħqu l-miri soċjetali. Id-Direttiva li ġiet riveduta bid-Direttiva 2013/37/UE (id-Direttiva PSI) f'Lulju tal-2013, tħeġġeġ lill-Istati Membri (SM) biex kemm jista’ jkun il-materjal miżmum mill-korpi tas-settur pubbliku jkun aċċessibbli għall-użu mill-ġdid biex irawwem it-trasparenza, l-innovazzjoni bbażata fuq id-dejta u l-kompetizzjoni ġusta.

Il-Kummissjoni Ewropea tniedi r-rieżami tad-direttiva PSI, li tissodisfa l-obbligu tar-rieżami perjodiku li jinsab fl-Artikolu 13 tagħha u fl-istess ħin testendi l-miri tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali fil-qasam tal-ekonomija tad-dejta.

Il-mistoqsijiet tal-konsultazzjoni online jkopru kemm l-evalwazzjoni tad-Direttiva ta’ implimentazzjoni attwali kif ukoll il-problemi, l-objettivi u l-opzjonijiet possibbli għall-futur.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Sabiex ikun żgurat il-proċess ġust u trasparenti tal-konsultazzjoni, se jitqiesu biss it-tweġibiet tal-kwestjonarju online u dawn biss se jiddaħħlu fir-rapport.

Dawk li jwieġbu l-kwestjonarju online se jkunu jistgħu jtellgħu dokument, bħal dokument ta’ pożizzjoni. Dan id-dokument se jiġi ppubblikat flimkien mat-tweġiba u se jitqies fl-analiżi tar-riżultati.

Il-partijiet ikkonċernati jistgħu wkoll jibagħtu dawn id-dokumenti permezz tal-kaxxa postali funzjonali (ara d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt). Dawn id-dokumenti, jekk jintbagħtu fi żmien il-konsultazzjoni pubblika online, se jitqiestu wkoll u se jiġu inklużi fir-rapport.

Stqarrija ta’ privatezza

Il-politika dwar “il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità” hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000.

Jekk jogħġbok indika l-preferenza tiegħek għall-pubblikazzjoni tat-tweġiba tiegħek fuq is-sit web tal-Kummissjoni (ara l-istqarrija ta’ privatezza speċifika):

Jekk jogħġbok innota li, tagħżel x’tagħżel, il-kontribut tiegħek jista’ jkun soġġett għal talba ta’ aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. F’dan il-każ, it-talba se tiġi vvalutata skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament u skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

L-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà

Naċċettaw il-kwestjonarji bl-email jew bil-posta mingħand nies b’diżabbiltà u mingħand l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Jekk jogħġbok:

European Commission

DG Communication Networks, Content & Technology

Unit G1 – Data Policy and Innovation

Euroforum Building

10 rue Robert Stumper

L-2557 Luxembourg

Luxembourg

It-trasparenza

Fl-istħarriġ se tiġi mistoqsi jekk intix qed twieġeb bħala individwu jew jekk intix tirrappreżenta l-fehmiet ta’ organizzazzjoni. Nitolbu lill-organizzazzjonijiet li jwieġbu biex jirreġistraw fir-reġistru ta’ trasparenza.

Kuntatt