Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
13 ta' Novembru 2017 - 12 ta' Frar 2018
Suġġetti
Is-sikurezza tal-ikel

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Grupp fil-mira

Iċ-ċittadini kollha tal-UE u mhux tal-UE huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.

Flimkien ma' din il-konsultazzjoni pubblika, hemm stħarriġ ieħor imfassal apposta għall-partijiet ikkonċernati li jaħdmu fl-oqsma tal-pestiċidi u tar-residwi tal-pestiċidi. Jekk tixtieq twieġeb għall-istħarriġ immirat lejn il-partijiet ikkonċernati f’isem assoċjazzjoni, dan issibu hawn.

Għan tal-konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni pubblika għandha l-għan li tiġbor il-fehmiet taċ-ċittadini dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pestiċidi u r-residwi tal-pestiċidi. Hi tfittex li tirċievi informazzjoni dwar kif iċ-ċittadini jaraw il-punti qawwija u dgħajfin tal-leġiżlazzjoni u l-livell perċepit tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent

X’inhu pestiċida? Pestiċida hu prodott li jipprevjeni, jeqred, jew jikkontrolla organiżmu (“pest”) ta’ ħsara jew il-mard. Il-pestiċidi primarjament jintużaw fl-agrikoltura biex jipproteġu l-pjanti mill-insetti, il-ħaxix ħażin, il-fungi, eċċ. L-aktar parti importanti tal-pestiċida hi dik li tissejjaħ il-parti attiva. Hekk bħalma l-mediċina tittratta l-mard tal-bniedem, is-sustanza attiva fil-pestiċida hi l-element ewlieni li jwassal għall-effett mixtieq. Is-sustanza attiva tista’ tkun jew ta’ natura kimika jew (mikro-)bijoloġika. Mill-2011, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (ir-“Regoloment dwar il-Pestiċida”) jirregola l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi u l-kummerċjalizzazzjoni tal-pestiċidi. Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web dwar il-pestiċidi tal-Kummissjoni Ewropea.

X’inhu residwu tal-pestiċidi? It-traċċi tal-pestiċidi li ssib fi prodotti bħall-ikel u l-għalf jissejħu residwi. Il-livell massimu ta' residwu (MRL) hu l-ammont ta’ pestiċida li hu legalment permess li jibqa’ fi prodott partikolari. Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (ir-“Regolament dwar ir-residwu tal-pestiċida”) daħal fis-seħħ fl-2008 u minn dak iż-żmien irregola u armonizza l-istabbiliment ta’ livelli massimi tar-residwi fl-UE. Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web dwar ir-residwi tal-pestiċidi tal-Kummissjoni Ewropea.

Huma involuti diversi awtoritajiet fl-implimentazzjoni tar-regoli tar-Regolamenti dwar il-Pestiċidi u r-Residwi tal-Pestiċidi: l-Istati Membri tal-UE, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), u l-Kummissjoni Ewropea. Meta jkun se jiddaħħal pestiċida fis-suq, iseħħ proċess f’żewġ stadji: fl-ewwel stadju, is-sustanza attiva trid tiġi approvata fil-livell tal-UE u fit-tieni stadju, il-produttur ta’ pestiċida li fih sustanza attiva approvata jista’ japplika għal awtorizzazzjoni għal dan il-prodott fl-Istati Membri individwali. B’mod parallel, jiġu stabbiliti livelli massimi tar-residwu fil-livell tal-UE, jekk dan ikun meħtieġ. Għall-għelejjel li jikbru barra l-UE, il-livelli massimi tar-residwu jiġu stabbiliti fuq talba tal-pajjiż tal-esportazzjoni.

Din il-Konsultazzjoni Pubblika hi parti minn strateġija ta’ konsultazzjoni usa’, li tinkludi stħarriġ mal-partijiet ikkonċernati mfassal biex jinġabru l-fehmiet tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-istrateġija tal-konsultazzjoni, kif ukoll links għall-istħarriġ tal-partijiet ikkonċernati, fuq sit web iddedikat tal-Unjoni Ewropea. Ir-risposti se jitqiesu fit-tħejjija ta’ Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, miktub mill-Kummissjoni Ewropea, li jippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni REFIT.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Il-kwestjonarju għaċ-ċittadini hu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Tista’ twieġeb bi kwalunkwe waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE. Nippreferu l-kontribuzzjonijiet bl-Ingliż għax dawn jgħinuna nipproċessaw l-istħarriġ aktar malajr.

Il-kontribuzzjonijiet li jaslu jistgħu jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Hu importanti li taqra l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Informazzjoni addizzjonali

L-evalwazzjonijiet REFIT huma parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni. Huma jiżguraw li l-liġijiet tal-UE jwasslu l-benefiċċji maħsuba tagħhom għaċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà filwaqt li jneħħu l-burokrazija żejda u jnaqqsu l-ispejjeż. Għandhom ukoll l-għan li jissimplifikaw il-liġijiet tal-UE u jagħmluha aktar faċli biex tifimhom. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb hawn.

Kuntatt