Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
29 ta' Jannarta' Frar 2018 - 24 ta' April 2018
Suġġetti
Ambjent, Kummerċ
Dipartimenti

Ara t-tweġibiet

IddawnlowdjaXLS - 819 KB

Grupp fil-mira

Kwalunkwe parti kkonċernata, inklużi l-operaturi (kif definit fl-EUTR), il-Kummerċjanti (kif definit fl-EUTR), negozji oħrajn potenzjalment ikkonċernati b’bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott, l-industrija milquta u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-EUTR tal-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet ta’ Monitoraġġ skont l-EUTR, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, pajjiżi li jipproduċu l-injam li mhumiex fl-UE, il-pubbliku ġenerali.

Għan tal-konsultazzjoni

Wara l-evalwazzjoni tal-funzjonament u l-effettività tal-EUTR matul l-ewwel sentejn ta’ applikazzjoni tiegħu, ġie nnutat li l-EUTR ikopri numru sinifikanti ta’ prodotti tal-injam, iżda mhux kollha huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-Kummissjoni Ewropea tista’ tikkunsidra temenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi. Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tanalizza l-bidliet possibbli għall-ambitu ta’ applikazzjoni tal-EUTR. Bħala parti minn dan il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt u f’konformità mal-Linji Gwida tar-Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea, qed titwettaq konsultazzjoni estensiva. L-għan ewlieni ta’ din il-konsultazzjoni pubblika hu li jinġabru l-opinjonijiet u l-evidenza dwar bidliet possibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUTR. Il-konsultazzjoni hija strutturata madwar il-kwistjoni prinċipali dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott attwali tal-EUTR għandux jiġi emendat jew le - u jekk iva, sa liema punt.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni pubblika billi timla l-kwestjonarju online.

Il-kwestjonarju hu aċċessibbli bi 23 lingwa uffiċjali tal-UE u t-tweġibiet jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe waħda minn dawn il-lingwi.

Il-kwestjonarju jieħu madwar 30 minuta. Tista' tieqaf timla l-kwestjonarju meta trid u tkomplih aktar tard. Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tat-tweġibiet kompluti tiegħek.

Il-kontribuzzjonijiet kollha li jaslu se jiġu ppubblikati fuq l-internet. Hu importanti li taqra l-istqarrija ta' privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara l-kwestjonarju

Ikklikkja hawn biex twieġeb il-kwestjonarju.

Qabel tirrispondi l-kwestjonarju, jekk jogħġbok ara li tkun qrajt l-istqarrija ta’ privatezza speċifika, li tiddeskrivi kif se tkun ipproċessata d-data tiegħek mill-Kummissjoni Ewropea (disponibbli biss bl-Ingliż).

Dokumenti ta' referenza

IddawnlowdjaPDF - 24.7 KB

Informazzjoni addizzjonali

Bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza, il-Kummissjoni titlob lil dawk l-organizzazzjonijiet (inklużi l-NGOs, il-korpi kummerċjali, l-intrapriżi, eċċ.) li jixtiequ jieħdu sehem fil-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku l-informazzjoni dwar x’jirrappreżentaw u lil min, l-objettivi, il-finanzjament u l-istrutturi tagħhom, billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jiddikjaraw li jaqblu mal-Kodiċi ta’ Kondotta.

Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ID tar-Reġistru tiegħek fil-kwestjonarju. B'hekk il-kontribuzzjoni tiegħek titqies li tirrappreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni tiegħek.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex reġistrata, għandek l-opportunità li tirregistra issa. Imbagħad ejja lura f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Waqt l-analiżi tat-tweġibiet li jkunu ħarġu minn konsultazzjoni, il-kontribuzzjonijiet ta’ dawk li jagħżlu li ma jirreġistrawx se jiġu trattati bħala kontribuzzjonijiet individwali (sakemm il-kontributuri ma jiġux rikonoxxuti bħala partijiet ikkonċernati rappreżentattivi bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, id-Djalogu Soċjali Ewropew, l-Artikoli 154-155 tat-TFUE).

Kuntatt